COVID-19
L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa tħeġġeġ lill-mexxejja biex jieħdu azzjoni b’saħħitha kontra l-COVID-19

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa ħeġġet lill-mexxejja tad-dinja biex jieħdu azzjoni iktar b’saħħitha kontra l-Covid-19, hekk kif il-każijiet madwar id-dinja qed ikompli telgħin b’rata għolja.

Id-Direttur Ġenerali tal-Għaqda Dinijija tas-Saħħa Tedros Adhanom Ghebreyesus qal li bħalissa d-dinja qiegħda f’mument kruċjali ħafna l-iktar fil-parti ta’ fuq tad-dinja fejn il-każijiet splodew.

Qal li x-xhur li ġejjin se jkunu iebsin u li hemm pajjiżi li qegħdin fi stat perikoluż. Huwa ħeġġeġ lill-mexxejja tad-dinja biex ikunu iktar stretti fil-miżuri li jħabbru bit-tama li l-virus ma jkomplix jinfirex.

Qal li l-pajjiżi li qed jaraw in-numru jitbaxxew m’għandhomx jistrieħu u jirrillaxxaw il-miżuri għax dak huwa l-mument perikoluż fejn il-każijiet jistgħu jerġgħu jitilgħu f’daqqa. Qal li jekk kulħadd jiġbed ħabel wieħed u jpoġġi sistemi ta’ kontroll, tkun id-dinja li tirbaħ din il-pandemija u mhux il-kontra.