L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa tiddikjara li l-Ħożba u r-Rubella nqerdu minn Malta

Malta hija ħielsa mill-ħożba u mill-ħożba Ġermaniża. Dan iċ-ċertifikat ingħata mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa b’riżultat ta’ kampanja effettiva ta’ tilqim tat-trabi kontra dan il-mard. L-awtoritajiet tas-saħħa iżda komplew jappellaw lill-ġenituri tat-trabi biex ikomplu jagħtu t-tilqim tal-MMR għal protezzjoni kontra l-ħożba, il-gattone u r-rubella lil uliedhom.

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa ddikjarat li kemm il-ħożba kif ukoll il-ħożba Ġermaniża jew aħjar rubella ġew eliminati minn Malta. Il-mikrobi li jikkaġunaw dan il-mard kien ikollhom konsegwenzi gravi speċjaliment fuq it-tfal u inqerdu bis-saħħa ta’ programm ta’ tilqim fost it-trabi.

Id-Direttur tad-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard, Dr Charmaine Gauci fissret id-dikjarazzjoni tal-Għaqda Dinja tas-Saħħa bħala aħbar tajba. Madankollu insistiet li l-ġenituri għandhom jibqgħu jagħtu t-tilqima MMR kontra l-ħożba, l-gattone u r-rubella lil uliedhom biex iħarsuhom mill-mard.

“Huwa importanti li l-pajjiżi jibqgħu jagħtu dan it-tilqim għaliex meta nħarsu lejn il-kumplament tal-pajjiżi kemm barra minn Malta nafu li għad hemm pajjiżi fejn ma ġietx eliminata allura inti għandek dawn il-pajjiżi kif ukoll jiġu minn dawn in-nies hawn Malta wkoll allura għad hemm iċ-ċans li t-tfal tagħna jkunu esposti għal dan il-mikrobu wkoll. L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa tirrakomanda li inti jkollok coverage b’dawn it-tip ta’ tilqim sa 95% għaliex inkella jekk inti tonqos minn dan l-ammont ta’ coverage ikun hemm riskju li jerġa’ jittfaċċa dan il-mikrobu fil-popolazzjoni,” spjegat Dr Gauci.

Is-sena li għaddiet, 98% ta’ dawk li huma intitolati li jieħdu t-tilqima kontra l-ħożba, l-gattone u r-rubella ħadu l-ewwel doża waqt li 94.3 fil-mija ħadu t-tieni doża.

Dr Gauci ċaħdet li hemm xi tip ta’ relazzjoni bejn it-tilqima tal-MMR u l-kundizzjoni tal-awtiżmu. Hija appellat lill-ġenituri jisimgħu mill-professjonisti u jibqgħu jagħtu t-tilqima tal-MMR lil uliedhom għax il-konsegwenzi ta’ ħafna mard jaf ikun ferm gravi.

“Meta tfittex fuq l-internet se ssib diveri affarijiet li jgħidu kontra t-tilqim infatti kien hemm studju li wara żmien ġie miċħud mill-għaqda xjentifika li kien jikkolera l-MMR mal-Awtiżmu. Dan kollu mhuwiex minnu infatti t-tabib li kien ħareġ din ir-riċerka tneħħietlu l-liċenzja biex jopera ta’ tabib mill-Ingilterra,” kompliet Dr Gauci.

Is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne ddeskriva l-eliminazzjoni tal-ħożba u r-rubella bħala waħda pożittiva għal Malta, li tfisser li l-programmi tat-tilqim qed iħallu r-riżultati mixtieqa. L-istess sentiment intwera mix-shadow Minister Claudette Buttigieg li irringrazzjat lil professjonisti li jaħdmu f’dan il-qasam għas-servizz tagħhom.

Din il-ġimgħa hija l-ġimgħa għat-tilqim. L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qed tagħmel enfasi fuq il-bżonn tat-tilqim matul il-ħajja.

 

Aħbarijiet Oħra

L-MUT fi stqarrija qalet li kull deċiżjoni li ttieħdet min-naħa tal-union saret għas-saħħa u s-sigurta tal-istudenti, l-edukaturi u l-familji. F’reazzjoni għall-aħbar li tressaq protest ġudizzjarju kontra l-MUT u l-UPE fid-dawl…

L-edukaturi daħlu lura f’107 skola statali madwar il-pajjiż biex tingħata bidu għas-sena skolastika 2020/21, wara li fil-ġimgħat li għaddew ġew implimentati aktar minn 50 miżura u wkoll wara li sar…

Mil-lum, kull min iġedded jew japplika għall-Karta tal-Identità Maltija se tinħariġlu waħda ġdida li hija teknoloġikament avvanzata li tinkludi fiha numru ta’ security features ġodda, immirati biex iħarsu aħjar l-identità…

“Is-suċċess li tkun implimentata strateġija għall-Korp tal-Pulizija ta’ Malta huwa ppruvat mill-fatt li l-Korp diġà beda jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Din hija wkoll xhieda ta’ kemm il-proċess għat-trasformazzjoni tal-istrateġija tal-Korp huwa…

Aktar