Barranin
L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa twissi li d-dinja qed tiffaċċja falliment morali katastrofiku

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa wissiet li d-dinja qed tiffaċċja falliment morali katastrofiku minħabba politika differenti dwar il-vaċċin għal kontra l-Covid-19.

Il-Kap tal-WHO, Tedros Adhanom Ghebreyesus qal li mhux ġust li persuni żgħar u f’saħħithom f’pajjiżi sinjuri qed jingħataw it-tilqima qabel persuni vulnerabbli f’pajjiżi foqra.

Żied li aktar minn 39 miljun doża ngħataw lil 49 pajjiż sinjuri iżda pajjiż fqir rċieva biss 25 doża.

Sadattant, kemm il-WHO kif ukoll iċ-Ċina kienu kkritikati għar-rispons tagħhom kontra l-Covid.