Barranin
L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa twissi li l-każi tal-COVID-19 qed jiżdiedu minħabba ż-żgħażagħ

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qed twissi li ż-żgħażagħ li qed iwasslu għal żidiet fil-każi tal-COVID-19 fl-Ewropa. Għadd ta’ pajjiżi qed josservaw rati ogħla ta’ infezzjonijiet fost iż-żgħażagħ.

L-Italja: Stat ta’ emerġenza sal-15 ta’ Ottubru

Fl-Italja, l-istat ta’ emerġenza ġġedded sal-15 ta’ Ottubru bil-għan li l-Gvern jkollu aktar setgħat jindirizza l-isfidi tas-saħħa minħabba l-pandemija.

Il-partiti fl-Oppożizzjoni oġġezzjonaw u qed jakkużaw lil Prim Ministru Giuseppe Conte li qed jipprova jżomm ħafna poteri minkejja t-tnaqqis drammatiku fl-għadd ta’ infezzjonijiet.

Bl-istat ta’ emerġenza li daħal fis-seħħ fl-aħħar ta’ Jannar, l-awtoritajiet ċentrali u reġjonali għandhom aktar setgħat biex il-Ministri jiddikjaraw dawk li qed jissejħu ‘żoni ħomor’ f’każ li jerġa jkun hemm żidiet fl-infezzjonijiet u jkunu jistgħu jsaħħu r-riżorsi fl-isptarijiet.

Spanja: Intilfu mal-miljun post tax-xogħol fi 3 xhur

Fi Spanja, ir-restrizzjonijiet stretti ħafna minħabba l-pandemija tal-COVID waslu biex f’temp ta’ tliet xhur intilfu mal-miljun post tax-xogħol.
Skont ċifri uffiċċjali, bejn April u Ġunju ntilfu ftit inqas minn miljun u mitt elf impjieg għal total ta’ tliet miljuni u seba’ mitt elf persuna qegħda, bir-rata tal-qgħad issa fil-livell ta’ 15.3%.

Franza: Il-mejta bil-covid-19 jirduppjaw

Fi Franza, ilbieraħ mietu 14-il persuna bil-COVID, id-doppju tal-medja tal-vittmi rrappurtata fl-aħħar ġimgħa.

Il-Ministru tas-Saħħa Franċiż ħeġġeġ lil kulħadd biex ma jillaxkawx għaliex fi kliemu din se tkun battalja twila.

Fi Franza, sa issa mietu aktar minn 30,200 bil-COVID-19.

Il-Ġermanja: Tilqima għal kulħadd mhux mistennija qabel nofs l-2021

Waqt li reġa’ hemm tħassib li jista’ jkun hemm it-tieni mewġa tal-virus, il-Ministru tar-Riċerka qalet li mhux mistenni jkun hemm tilqima għal coronavirus li tkun disponibbli għal kulħadd qabel nofs is-sena d-dieħla.

Anja Karliczek qalet li kulħadd irid jassumi li t-tilqima se tkun għad-diżpozizzjoni tal-popolazzjoni b’mod ġenerali mhux aktar kmieni minn hawn u sena oħra.

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa għamlet lista ta’ 11-il tilqima esperimentali kontra l-virus li jikkawża l-COVID-19 li bħalissa qed jiġu ttestjati fuq il-bnedmin.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tliet persuni fosthom ix-xufier mietu u numru ta’ persuni ndarbu serjament wara li ferrovija ħarġet barra mil-linji f’Aberdeenshire fl-Iskozja. S’issa l-għadd ta’ fatalitajiet għadhom mhumiex konfermati. Hu rrappurtat li l-ferrovija…

Lokali

Il-Gvern alloka aktar minn żewġ miljun ewro għal skema maħsuba biex tgħin lill-industrija marittima tirpilja mill-effetti ekonomiċi li ġarrbet waqt il-pandemija. L-iskema ta’ rifużjoni għall-ħlasijiet tal-port taħseb biex jonqos il-piż…

COVID-19

Kull ma jmur iktar pajjiżi qed jimponu l-ilbies obbligatorju tal-maskra f’postijiet pubbliċi. Ir-regola tal-użu tal-maskra hija waħda mill-aktar stretti fl-Ewropa. F’Malta mhux b’inqas. Bil-liġi, il-maskra trid tintlibes bilfors f’ħames postijiet…

Safar

Minn nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Awwissu, Sqallin li jirritornaw minn Malta, jridu joqgħodu ġimagħtejn fi kwarantina u jridu jagħmlu swab test mandatorju. Sqallija imponiet dawn ir-restrizzjonjiet fuq residenti tagħha li…

Aktar