Unjoni Ewropea
L-għaqda fid-diversità fl-Ewropa murija f’1,000 ritratt ta’ fotografu Ġermaniż

Il-multikulturaliżmu fl-Ewropa se jintwera f’1,000 ritratt ta’ ċittadini mill-istati membri tal-Unjoni Ewropea li fotografu Ġermaniż se jkun ħa fi tliet xhur. Bħalissa qed jieħu ritratti f’Malta.

Il-fotografu Ġermaniż, Carsten Sander, qed idur il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea għall-proġett “Faces of Europe”. Bir-ritratti ta’ 1,000 ċittadin Ewropew se juri diversità etnika u ta’ twemmin fil-kontinent, u kuntesti soċjali varji ta’ temi magħżula minnu meħuda minn angolatura waħda.

Fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, fejn Carsten Sander kien qed jieħu ritratti ta’ uċuħ minn Malta, qal li ġibed ritratti ta’ ċelebritajiet, atleti, politiċi u ċittadini normali li jiltaqa’ magħhom fit-triq.

Jiddeskrivi l-proġett li kien mniedi mill-programm kulturali tal-presidenza Ġermaniża bħala turija konkreta ta’ appoġġ lejn is-sentimenti Ewropej, b’omaġġ li ried jagħti lejn l-idea ta’ għaqda fid-diversità li qal kkontribwiet lejn il-koesistenza paċifika tal-ġnus ewropej, it-tolleranza u l-valuri komuni sa mit-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija. Jispjega li l-kunċett għall-proġett nibet b’ħolma li bdiet għaxar snin ilu fil-Ġermanja.

“Because the Germans cannot be proud of their country because of the past and everything, so i tried to make it more easy, that you have a good self-reflection, i wanted to say come on, we know everything but let us be more relaxed with us and other people and so i wanted to photograph people as they are, so it is like looking at yourself at the mirror,” qal il-fotografu Carsten Sander.

Jgħid li fl-Ewropa iltaqa’ ma’ diversi karattri uniċi u jfittex li jgħaqqad l-identitajiet multi-kulturali permezz tar-ritratti.

“Malta is country number twenty six from twenty seven, next one will be the last one, Dublin, right now the borders are closed because of covid problem,” qal Carsten Sander.

Uħud mill-1,000 ritratt li qed jieħu minn madwar l-Ewropa se jkunu esebiti f’Lulju li ġej fil-Parlament Ewropew fi Brussell u wara tissokta f’postijiet oħra.

Aħbarijiet Oħra

L-MUT fi stqarrija qalet li kull deċiżjoni li ttieħdet min-naħa tal-union saret għas-saħħa u s-sigurta tal-istudenti, l-edukaturi u l-familji. F’reazzjoni għall-aħbar li tressaq protest ġudizzjarju kontra l-MUT u l-UPE fid-dawl…

L-edukaturi daħlu lura f’107 skola statali madwar il-pajjiż biex tingħata bidu għas-sena skolastika 2020/21, wara li fil-ġimgħat li għaddew ġew implimentati aktar minn 50 miżura u wkoll wara li sar…

Mil-lum, kull min iġedded jew japplika għall-Karta tal-Identità Maltija se tinħariġlu waħda ġdida li hija teknoloġikament avvanzata li tinkludi fiha numru ta’ security features ġodda, immirati biex iħarsu aħjar l-identità…

“Is-suċċess li tkun implimentata strateġija għall-Korp tal-Pulizija ta’ Malta huwa ppruvat mill-fatt li l-Korp diġà beda jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Din hija wkoll xhieda ta’ kemm il-proċess għat-trasformazzjoni tal-istrateġija tal-Korp huwa…

Aktar