Lokali
L-Għaqda Mużikali Madonna ta’ Lourdes ta’ San Ġwann tingħata €5,000

L-Għaqda Mużikali Madonna ta’ Lourdes ta’ San Ġwann ingħata €5,000 mill-fond tal-Kunsill għall-Volontarjat intiż għall-attivitajiet straordinarji.

Il-banda ser tużaw dawn il-fondi wara li ġiet mistiedna mill-Kunsill ta’ Ġela fi Sqallija biex tieħu sehem f’attivitajiet fil-lokalità. Wara ż-żjara mill-banda fi Sqallija, il-każin ser jaħdem biex jipprova jġib Malta elementi mużikali minn dan ir-raħal is-sena id-dieħla, fosthom banda militari li tiġi msejjħa biex tagħmel servizz mill-Papa.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Volontarjat Clifton Grima qal li permezz ta’ dan il-fond, il-Gvern jgħin għaqdiet volontarji jorganizzaw attivitajiet ta’ darba. Żied li permezz ta’ għajnuna bħal din jingħata sinjal ta’ rikonoxximent għax-xogħol li jwettqu l-voluntiera.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

L-imxija tal-Coronavirus kompliet tinfirex f’diversi pajjiżi fl-Ewropa, waqt li l-Italja l-iktar li għandha każi fl-Ewropa tidher li dieħla f’riċessjoni minħabba c-coronavirus. L-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin għal darb’oħra kkonferma li s’issa m’hawn…

Qorti

L-eks Direttur Ġenerali tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA, Andre Camilleri qal li l-bank Pilatus ingħata l-liċenzja qabel irtira hu mill-Awtorità fl-2014 u ma kien hemm l-ebda raġuni għaliex il-bank ma kellux…

Qorti

Il-Qorti Kostituzzjonali ordnat lill-Gvern jikkumpensa €20,000 lill-koppja Cachia minn Tas-Sliema wara li nkiser id-dritt tagħhom li jgawdu l-proprjetà b’valur potenzjali ta’ €700,000 minħabba liġijiet antiki tal-kera li minħabba fihom id-dar…

Qorti

Il-Qorti tal-Appell Kriminali kkonfermat sentenza ta’ 10 snin ħabs li ngħata raġel li nstab ħati li abbuża sesswalment minn kuġintu fuq perjodu ta’ seba’ snin minn meta kellha seba’ snin….

Aktar