Lokali
L-Għaqda Repubblika fakkret il-101 persuna li mietu meta kienu pożittivi għall-COVID-19

L-għaqda Repubblika llum fakkret il-mija u persuna li mietu meta kienu nfettati bil-COVID19 f’Malta.

Fi Pjazza Kastilja, l-għaqda Repubblika poġġiet mitt siġġu biex ifakkru l-ħajjiet ta’ dawk li mietu, bil-President tal-Għaqda Alessandra Dee Crespo qalet li għal Repubblika, dawn l-imwiet mhux numri imma telf ta’ ħajjiet li ħafna minnhom kien baqalhom x’jgħixu li ma kinitx għal din il-marda qerrieda.

Hija wriet it-tħassib li għalkemm il-Gvern qed jgħid li kollox huwa taħt kontroll, il-fatti qed juru mod ieħor b’medja ta’ mitt każ ġdid kuljum.