Lokali
L-Għaqda Repubblika titlob il-protezzjoni tal-President

L-Għaqda Repubblika f’ittra twila li bagħtet lil President qalet li l-membri tagħha qed ikunu intimidati u mhedda u talbu l-protezzjoni tal-President minn dik li sejħu l-mafja li ħakmet il-pajjiż.

L-Għaqda qalet li l-akkużi kontrihom minn ministri u esponenti tal-Gvern u miżrapprezentazzjoni tal-fatti b’allegazzjoni ta’ vjolenza, wasslu biex qed jirċievu messaġġi pubbliċi ta’ tgħajjir, intimidazzjoni u theddid vjolenti.

Żiedet tgħid li f’okkażjonijiet preċedenti sabu l-protezzjoni tal-pulizija imma issa, l-Għaqda Repubblika qalet li qed tibża’ li l-Kummissarju tal-Pulizija, wara l-istqarrija tiegħu tas-Sibt li għadda, mhux lest jipproteġihom minkejja r-rieda tajba tal-parti kbira tal-membri tal-korp.

Ir-Repubblika appellat lill-President biex jintervjeni pubblikament mal-Gvern, mal-Kummissarju tal-Pulizija u mal-mezzi tax-xandir tal-Partit Laburista biex irażżnu l-konfrontazzjoni u jaqtgħu l-gideb dwar il-vjolenza li l-Għaqda qalet ma teżistiex.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-ftehim korrott li l-Gvern għamel ma’ Vitals u Steward Healthcare fisser li l-pajjiż rema €240 miljun u issa jrid jonfoq iżjed biex jindirizza…

Ambjent

Madwar id-dinja kollha, qed tiġi promossa l-Earth Hour – siegħa mingħajr l-użu tal-elettriku, bil-għan li nagħtu xi ħaġa lura lill-ambjent ta’ madwarna. L-Għaqda Mhux Governattiva, Żibel, f’messaġġ fuq il-midja soċjali…

COVID-19

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (l-WHO) faħħret lil Malta għall-mod kif qed taħdem fil-ġlieda tagħha konta l-COVID-19. Dan qalu d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne waqt konferenza tal-aħbarijiet f’Għawdex li…

Press Briefings

Wara li fl-aħħar jumejn, f’Malta ġew konfermati ħames każi kuljum, fil-jum tas-Sibt il-każi irduppjaw u f’jum wieħed l-awtoritajiet tas-saħħa kkonfermaw għaxar każi minn kważi ħames mitt swab li saru fit-tliet…

Aktar