Lokali
L-Għaqda Repubblika trid tattendi l-Parlament dwar l-inkjesta pubblika fil-qtil ta’ Caruana Galizia

L-Għaqda Repubblika qalet li trid tattendi l-Parlament għad-diskussjoni dwar l-inkjesta fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Fi stqarrija, l-għaqda Repubblika allegat li l-Gvern ħadem biex din l-inkjesta pubblika ma ssirx. Qalet li se tkun qed tanalizza r-rapport tal-inkjesta u qed titlob li tattendi l-Parlament meta din l-inkjesta tkun qed tiġi diskussa.

Dalgħodu l-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li rċieva l-inkjesta pubblika u kien se jippubblikaha matul il-jum. Huwa talab ukoll lill-Ispeaker Anġlu Farrugia biex għada jlaqqa’ l-Parlament biex tiġi diskussa din l-inkjesta li kienet immexxija mill-Imhallef Emeritu Mallia. L-inkjesta kellha tintemm fi żmien 9 xhur, iżda l-bord kien talab għal estensjoni sakemm tinstema’ x-xhieda kollha u jitlesta r-rapport finali.

Il-PM jħabbar li llum stess se jippubblika l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia