Saħħa
L-Għaqda ta’ Ħbiberija bejn Malta u ċ-Ċina ġġib 20 ventilator b’xejn

L-Awtorità għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur, l-MCCAA, approvat 20 magna tan-nifs li ġabet b’xejn miċ-Ċina, l-Għaqda ta’ Ħbiberija bejn Malta u ċ-Ċina.

Fi stqarrija, il-President ta’ din l-għaqda, l-eks Ministru Reno Calleja qal li l-Awtorità tifli bir-reqqa kull prodott li jiġi iċ-Ċina u minn pajjiżi li mhumiex fl-Unjoni Ewropea sabiex ikun assigurat li l-prodotti huma konformi mal-livelli stabbiliti tal-UE.

Dawn il-magni mistennija jaslu Malta mal-ewwel ajruplan li jkun ġej miċ-Ċina.

Nhar il-Ħadd li għadda, l-MCCAA approvat 40,000 maskra li l-Għaqda ta’ Ħbiberija bejn Malta u ċ-Ċina ġabet miċ-Ċina u li ngħataw lill-Ministeru għas-Saħħa.

Is-Sur Calleja rringrazzja lill-ambaxxatur ta’ Malta fiċ-Ċina, John Aquilina li qal kien strumentali biex setgħu iseħħu dawn l-għotjiet. Irringrazzja wkoll lil l-Għaqda ta’ Ħbiberija bejn Malta u ċ-Ċina, lill-ambaxxata Ċiniża f’Malta u lill-Ministeri tas-Saħħa u tal-Affarijiet Barranin.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Sehem Malta fil-Commonwealth kien diskuss f’laqgħa bejn il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u s-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth il-Barunessa Patricia Scotland. Il-Ministru Bartolo tkellem dwar il-vokazzjoni naturali ta’ Malta bħala proponent ewlieni fil-komunità ta’…

Sport

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat Clifton Grima ħabbar għajnuna ta’ €300,000 li se jitqassmu bejn 130 għaqda sportiva bħala sussidju fuq il-kirjiet tal-artijiet. Huwa spjega li l-għaqdiet sportivi kellhom…

COVID-19

Fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-pandemija COVID-19 kif evolviet f’dawn l-aħħar jiem, il-Malta Union of Teachers (MUT) appellat sabiex kulħadd jerfa’ r-responsabbiltà ta’ kull deċiżjoni li tittieħed. Il-Union qalet li kull azzjoni jaf…

COVID-19

Minn 1,839 swab tests li saru fl-aħħar 24 siegħa ħarġu 20 każ ġdid u fiequ 2 pazjenti. B’hekk issa hawn 249 każ attiv. Minn meta bdiet l-imxija f’Malta kien hawn…

Aktar