L-Għaqdiet li jaħdmu mat-tfal jitkellmu mal-President dwar id-diffikultajiet li jaffaċċjaw

Sal-aħħar tas-sena l-Fondazzjoni tal-President ta’ Malta għall-Ġid tas-Soċjetà ser ikollha għaxar fora b’temi speċifiċi li lkoll ser iservu biex tinħoloq soċjetà aktar b’saħħitha. Illum kien imiss lill-Ghaqdiet li jaħdmu mat-tfal biex jitkellmu dwar id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom.

Fis-sensiela tal-fora li qed tlaqqa’ l-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca bħala parti mill-Fondazzjoni għall-Ġid tas-Soċjetà, illum kien imiss lill-Għaqdiet li jaħdmu mat-tfal. Il-President Coleiro Preca qalet li dan huwa s-sitt forum li qed jitlaqqa’ b’enfasi speċifika din id-darba fuq it-tfal. Spjegat li dawn il-fora qed iservu biex min imexxi jkollu informazzjoni aktar sħiħa ta’ x’hemm bżonn isir fis-soċjetà biex it-tfal jikbru f’ċittadini b’saħħithom u li jkunu kapaċi jaffrontaw l-isfidi tal-ħajja. Il-President spjegat li ħames entitajiet ser janalizzaw l-informazzjoni li qed tinġabar biex meta tkun magħquda mar-riċerka toħroġ stampa aktar ċara.

Il-President weriet il-fehma li anke t-tfal għandhom ikunu konsultati filwaqt li l-Għaqdiet Mhux Governattivi lkoll tkellmu dwar ix-xogħol li jagħmlu għall-ġid tat-tfal. Ir-rappreżentant ta’ Qalb it-Tfal qal li hemm bżonn li t-tfal jkunu aktar mal-ġenituri tagħhom biex ikollhom mudell fuq xiex ifasslu ħajjithom. Qal li t-tfal qed iqattgħu aktar ħin fiċ-childcare centres milli mal-ġenituri tagħhom. Spjega li l-Fondazzjoni ser toħloq villaġġ tat-tfal biex jingħata ambjent sigur speċjalment lil dawk it-tfal li huma żvantaġġjati. Is-sorijiet tal-Ursolini talbu li tinbidel il-liġi biex ġenituri li jridu jibqgħu fil-problemi ma jħallux lill-uliedhom ħajjithom kollha f’istitut. Dwar l-istess diffikultajiet tkellmu rappreżentanti tal-fostering li qalu li l-esperjenza uriethom li ġenituri bi problemi li ma jridux jirranġaw ma għandhomx jitħallew joħolqu instabilità fil-ħajja ta’ uliedhom. Anke dawn talbu li tinbidel il-liġi biex tingħata stabbilità lit-tfal li jkunu fostered.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Minn Ingliż għal ieħor. Matul l-ewwel Live Show ta’ ‘X Factor Malta’ tal-Ħadd li għadda, Kyle rnexxielu jisraq il-qlub tal-udjenza b’waħda mis-soundtracks ta’ James Bond, il-kanzunetta “Writing’s on the Wall”…

Lokali

Jekk inti wieħed jew waħda fost l-għadd ta’ nostalġiċi tal-film popolarissimu ‘Dirty Dancing’, kif ukoll tal-attur mibki Patrick Swayze, il-prestazzjoni li għadhom kemm taw Yazmin & James aktarx li tmisslek…

Lokali

Għat-tieni Live Show ta’ ‘X Factor Malta’, għadd ta’ kantanti fost l-għaxra li għamluha għal-lejla, ħejjew singles nostalġiċi, b’mod speċjali mit-tmeninijiet. Fosthom, id-duo Bloodline, illi għadu kemm interpreta b’sinerġija emozjonanti għall-aħħar…

Lokali

Il-kantanta Awstraljana Toni Watson, bl-istage name ta’ Tones and I, aktarx bla ma trid, irnexxielha toħloq il-hit tal-mument, il-kanzunetta “Dance Monkey”. Saħansitra, ftit tal-ġimgħat ilu, żifen għad-daqqa tagħha passiġġier mir-Renju…

Aktar