Għawdex
L-Għar ta’ Calypso: Se jsiru studji għal interventi li jippreservawh

Se jsiru l-interventi meħtieġa fuq sit f’Għawdex marbut mal-mitoloġija Griega li hu magħluq għall-pubbliku minħabba periklu għas-saħħa u s-sigurta’ tal-pubbliku. Is-sit hu l-Għar ta’ Calypso, fuq ir-riħ tal-bajja tar-Ramla l-Ħamra. L-ewwel pass biex dan il-post jiġi mħares u restawrat ser ikunu studji li jistabilixxu l-interventi li għandhom isiru.

Iħares fuq il-bajja tar-Ramla l-Ħamra . . . l-Għar ta’ Calypso li jinsab fil-limiti tax-Xagħra. Minn hawnhekk, wieħed jista’ jammira l-ġmiel naturali ta’ din ix-xaqliba tal-gżira fosthom minn belvedere li jinsab biswit l-għar. L-għar innifsu iżda ilu snin magħluq għan-nies minħabba li l-blat beda jitħarrek u jċedi u għalhekk kien ta’ periklu għas-saħħa u s-sigurtà pubblika.

L-għar kien aktar fond mil-lum, tant li matul iż-żmien nibtu bosta leġġendi bħal waħda li tirrakkonta l-istorja ta’ surmast li ħa t-tfal tal-iskola fih u qatt ma ħarġu. Fuq kollox iżda dan l-għar hu marbut mal-mitoloġija Griega.

Il-Ministeru għal Għawdex ikkonkluda ftehim mal-għaqda mhux governattiva, Wirt Għawdex, biex isiru l-istudji u jiġu ppreżentati rakkomandazzjonijiet dwar l-interventi meħtieġa fl-Għar ta’ Calypso. B’dawn lesti, ikunu jistgħu jitressqu l-applikazzjonijiet għall-permessi lill-awtoritajiet.

Is-Segretarju Eżekuttiv ta’ Wirt Għawdex, Giovanni Zammit qal “qabbadna lill-Perit Hermann Bonnici biex nagħmlu l-istudju, issir l-applikazzjoni mal-MEPA u wkoll it-tender biex inkunu nistgħu minn hemmhekk, il-gvern jieħu f’idejh u jmexxi l-proġett minn hemhekk ‘il quddiem.”

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li dan hu l-ewwel proġett ta’ sħubija ma’ Wirt Għawdex din is-sena.

“Hu mod ta’ kif qed nuru kif tista’ taħdem mal-għaqdiet mhux governattiv lokali billi tagħmel l-arranġamenti meħtieġa, pero wkoll l-assistenza finanzjarja. Jiġifieri qed naraw kif il-Ministeru joħroġ l-assistenza finanzjarja iva, però l-expertise qiegħeda fi ħdan l-esperti u l-NGO’s.”

Dr Caruana qalet li l-Ministeru għal Għawdex hu impenjat li wara li jsiru l-istudji, l-għar jiġi restawrat biex jitgawda mill-pubbliku.

Aħbarijiet Oħra
Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 90 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Edukazzjoni

Is-sajf wasal biex jintemm u dħalna fl-aħħar ġimgħa qabel ma jerġgħu jibdew l-iskejjel. Iżda x’inhuma s-sentimenti tal-ġenituri u l-istudenti dwar l-bidu tas-sena skolastika ġdida? TVM tkellem mal-ġenituri u l-istudenti. Mal-wieħed…

Lokali

Waqt l-aħħar tislima li ngħatat lil Enrica lbieraħ fil-knisja ta’ San Ġiljan, inġabru €10,000 għal Puttinu Cares. Enrica kienet tgħożż il-familja ta’ Puttinu li tant tawha kuraġġ u sabar waqt…

Edukazzjoni

The Rotary Malta Clubs are calling for applications from residents of Malta wishing to pursue a post-graduate degree. The scholarship offered to Maltese residents is worth $ 30,000 and is…

Aktar