Kurżitajiet
L-għaraq li għereq wasslu għal aħbar mhux mistennija

Raġel Amerikan ta’ 60 sena spiċċa b’aħbar li ma kienx qed jistenna meta mar għand it-tabib b’dak li ħaseb kienet xi ħaġa minuri.

Ir-raġel kien qiegħed jegħreq għaraq qawwi f’episodji spissi li kienu jdumu xi minuti f’dawn l-aħħar tliet snin.

It-tobba meta nvistawh ma sabulu l-ebda sintomi oħrajn sakemm tah episodju l-klinika stess.

Huwa qal lit-tobba li kien qed iħoss taqliba u fawra ġejja fuqu, baxxa rasu f’idejh u għal żewġ minuti sħaħ, ma kienx f’pożizzjoni jitkellem b’mod normali.

It-tobba qalu li r-raġel beda jgħereq ħafna u min-nuqqas ta’ rispons li beda juri kellhom ħjiel ta’ dijanjosi iżda din ikkonfermawha bit-test tal-EEG li għamlulu. Ir-raġel kien qiegħed ikollu aċċessjonijiet.

It-tobba qalu li mhux soltu li jkollhom pazjenti li jirrapportaw biss fwawar u għaraq qawwi bħala sintomu li jirriżulta f’aċċessjonijiet.

Ir-raġel ingħata xi pilloli u minn dik inhar l’hawn, ma baqax ibati minn episodji spissi ta’ għaraq qawwi.

 

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Mara spiċċat tilfet postha fuq ir-Royal Carribean Allure of the Seas cruise liner wara li ntlemħet qed tixxabbat mal-puġġaman. Jidher li l-mara kienet qed tippoża għal ritratt meta ntlemħet qed…

Kurżitajiet

Dilettanti tat-tbaħħir illum jinsabu fuq ix-xwiek sakemm tibda t-tellieqa li ta’ kull sena sseħħ bi preparamenti kbar f’pajjiżna. Illum se sseħħ l-40 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race bi flotta ta’…

Kurżitajiet

Fl-ewwel trasmissjoni li xxandret fuq Malta Television fid-29 ta’ Settembru 1962, Charles Clews beda jitlob għaż-żieda. Segwi l-filmat biex tara jekk irnexxilux jeħodha: First transmission of Malta Television First transmission…

Kurżitajiet

Żgur mhux forsi din is-sigla se ġġedded il-memorji lil xi wħud. Din kienet l-ewwel sigla bil-kulur tal-istazzjon nazzjonali li għamlet l-ewwel dehra tagħha fis-snin tmenin. Tiftakarha? Għal filmati simili segwi…

Aktar