Kurżitajiet
L-għawm fil-baħar jaf iżid ir-riskju tal-mard

Jekk tgħum fil-baħar taf qed iżżid ir-riskju li timrad fl-istonku jew b’uġigħ f’widnejk.

Dan joħroġ minn riċerka li għamlet l-Università ta’ Exeter Medical Scholl.

Meta analizzat dawk in-nies li jgħumu fil-baħar u dawk le, l-Università sabet li dawk li jgħumu fil-baħar għandhom riskju ta’ 77% aktar li jkollhom uġigħ f’widnejhom u 29% aktar li jimirdu fl-istonku.

Dan jgħodd ukoll għal sport li jsir fil-baħar bħal pereżempju s-surfing.

Ir-riċerkaturi qed jgħidu li dan qed iseħħ minħabba t-tniġġiż fil-baħar, fil-fatt qalu li r-riskju jikber f’pajjiżi sinjuri.

Huma qalu li ma jridux li jbeżżgħu n-nies milli jmorru jgħumu, hekk kif il-baħar għandu diversi benefiċċji għall-bniedem. Qalu li jridu biss jiġbdu l-attenzjoni biex in-nies ikunu konxji tar-riskji li hemm.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Terry Laurmen, penzjonant ta’ 75 sena, iddeċieda jiddedika l-biċċa l-kbira ta’ ħinu lill-qtates tas-santwarju Wisconsin Safe Haven Pet Sanctuary f’Green Bay. Laurmen qal li dan is-santwarju jilqgħek għaliex il-qtates mhumiex imsakkrin…

Barranin

Żagħżugħa ta’ 19-il sena mietet tliet ijiem biss wara li żżewġet lir-raġel li kienet tħobb minn meta kienet għadha tifla. Nina Marino ta’ 19-il sena kellha marda terminali. F’Mejju, 2017…

Kurżitajiet

Sid ta’ qattus baqa’ skantat u mnixxef meta ra li l-qattus ħa miegħu d-dar basket mimli droga. Fi Bristol, xħin qam sid il-qattus sabu b’basket ħdejh bi droga bi trap…

Kurżitajiet

Hija okkażjoni rari li xi ħadd ikollu ċ-ċans isir miljunarju malajr…  Dan hekk kif fil-21 ta’ Settembru se ssir il-EuroMillions Superdraw u l-Maltin se jkunu jistgħu jieħdu sehem grazzi għal…

Aktar