Lokali
L-għawwiema jistgħu jgawdu r-ramla fil-bajja ta’ San Ġorġ f’Birżebbuġa

Tlesta l-proġett ta’ riġenerazzjoni bir-ramel naturali fil-bajja ta’ San Ġorġ f’Birżebbuġa li issa għandha medda ta’ 20 metru ramel. Il-bajja ġiet mgħammra b’faċilitajiet oħra fosthom doċċi u life guards.

Il-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi ħabbar li ser jibda xogħol ta’ riġenerazzjoni fil-bajja ta’ San Tumas, f’Wied il-Għajn magħrufa bħala l-Fajtata.

Il-Bajja ta’ San Ġorġ, f’Birżebbuġa ħadet xehta oħra wara xogħlijiet li saru fl-aħħar ġranet biex ittella’ r-ramel mill-baħar u ġie iffurmata xtajta ramlija. Bil-proġett il-bajja issa għandha medda ta’ 20 metru ramel minflok iż-żewġ metri li kellha sa ftit jiem ilu. F’jum sajfi fir-rebbiegha, l-għawwiema dlonk bdew igawdu r-ramla.

Dal-proġett sar mill-Awtorità tat-Turiżmu, bil-kollaborazzoni tal-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi bl-approvazzjoni tal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi wara li sar studju dwar il-miżuri meħtieġa biex il-bajja tkun riġenerata u tinżamm f’kundizzjoni tajba.

Il-bajja ġiet mgħammra b’ doċċi biex l-għawwiema jitlaħħalħu mir-ramel u ‘l barra għandha wkoll is-servizz tal-life guards.

Il-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi filwaqt li inawgura x-xogħlijiet qal li l-pjan huwa li bajjiet oħra wkoll jiġu riġenerati u msebħa għall-Maltin u għat-turisti. Dr Mizzi ħabbar li ser isir xogħol ta’ riġenerazzjoni fil-bajja ta’ San Tumas, f’Wied il-Għajn magħrufa bħala l-Fajtata.

Il-Perit Kevin Fsadni mill-Awtorità tat-Turiżmu qal li għal dan il-proġett ser jintuża makkinarju differenti minn dak li ntuża fi proġetti oħra.

Il-Perit Fsadni qal “ser tintuża pompa u mhux grab f’dan il-każ u l-area minn fejn tieħu r-ramel hija ferm iżgħar milli hawn f’Birżebbuġa. L-idea hi li jiġu ppumpjat r-ramel – ikun hemm ramel u ilma li jiġi ppumpjat għal fuq il-bajja mbagħad b’sistema ta’ blokki tal-konkrit jinżamm ir-ramel u l-ilma jinżel.”

Bħalissa għaddej ukoll xogħol ta’ riġenerazzjoni fil-Bajja tal-Għar Aħmar f’Marsaxlokk u fil-Bajja tal-Balluta f’San Ġiljan li mistennija jitlestew fil-ġimgħat li ġejjin.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-għada li l-Awtorità tal-Ippjanar wettqet azzjoni ta’ infurzar fuq fl-istallel fil-Marsa fejn kienu qed joqogħdu għexieren ta’ immigranti, is-sidien tagħhom jidher li żbarazzaw l-istallel. Sadanittant, TVM huwa infurmat li 37…

Lokali

Il-Mużew tal-Katidral fl-Imdina ngħata dimensjoni ġdida għax mhux ser jibqa’ biss post fejn ikunu esebiti artifatti prezzjużi iżda ser joffri opportunità ta’ tagħlim u post fejn artisti privati jesebixxu l-arti…

Ikel

Fl-Awstralja, l-ekoloġisti qed iwissu li n-numru ta’ kangaroos fis-selvaġġ m’għadux sostenibbli u qed iħeġġu lill-Awstraljani biex jieklu aktar laħam ta’ dan l-annimal li hu simbolu nazzjonali ta’ dan il-pajjiż imbiegħed….

Kultura

Għaddej b’ritmu mgħaġġel ix-xogħol ta’ restawr fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt fejn qed isir restawr fuq is-soqfa tal-kurituri u li huma mogħnija bil-pitturi. Ix-xogħlijiet ta’ restawr ser jiffukaw ukoll fuq l-art…

Aktar