Agrikultura
L-għeneb għall-għasir qata’ lura kaġun tar-riħ u l-kesħa

L-għeneb għall-għasir u l-produzzjoni tal-inbid din is-sena huwa madwar 20 fil-mija inqas mis-sena l-oħra.

Fil-bidu tal-qtugħ tal-għeneb għall-għasir, il-Kap Eżekuttiv tal-Marsovin, Jeremy Cassar, qal li għalkemm għamlet ħafna xita li kienet tajba għad-dwieli, ir-riħ u t-temperaturi kesħin laqtu ħażin il-kultivazzjoni tal-għeneb.

“Kien hemm ħafna riħ ukoll, li ma għenx fl-iżvilupp, speċjalment fil-flowering period , li ma ħennx ghall-produzzjoni ta’ aktar kwantità, għax ir-riħ meta jiġi fl-agħar żmien u żmien sensittiv, jista’ jaffettwalek il-produzzjoni.”

Is-sur Cassar qal li l-produzzjoni tal-inbid f’Malta laħqet livelli ta’ kwalità, wara ħafna investimenti li saru mill-produtturi. “Bdejna dan il-proċess fl-2011 b’perjodu ta’ konverżjoni fl-estate tagħna Marnisi. Għamilna kollox skont ir-regolamenti; għandek 3 snin biex tikkonverti l-estate, tipproduċi l-inbid u l-ewwel vintage ħareġ is-sena l-oħra.

B’diversi varjetajiet ta’ inbid fil-produzzjoni, minn dwieli b’għeneb differenti, fosthom iż-żewġ kwalitajiet tipikament Maltin, li huma l-Girgentina u l-Ġellewza, is-sur Cassar qal li l-industrija qed tilqa’ tajjeb għall-isfidi tal-kompetizzjoni, u l-inbid Malti sar imfittex.

Huwa qal, madankollu, li hemm bżonn aktar art dedikata għad-dwieli, ħalli mhux biss tiżdied il-produzzjoni tal-għeneb, iżda biex tingħata spinta lill-ambjent.

Aħbarijiet Oħra

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għandu vettura ġdida biex tagħmilha iktar possibbli biex jiġu salvati nies jekk jinqala’ xi inċident f’bini għoli. Il-vettura nxtrat mill-Awtorità tal-Ippjanar hekk kif fl-aħħar snin żdiedu l-binjiet…

Mart il-President ta’ Malta, is-sinjura Miriam Vella qalet li tifhem eżatt il-bżonn ta’ iktar għarfien fuq il-kanċer tas-sider għax tilfet lill-ommha b’dan il-kanċer. Is-sinjura Vella din is-sena hija l-Patruna tal-kampanja…

Il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qalet li llum għamlet il-verifiki kollha u ġie konkluż li n-numru ta’ tesserati eleġibbli biex jivvutaw fl-elezzjoni għall-ħatra ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista huwa 21,499….

Uffiċjali mill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol, l-OHSA qegħdin jiċċertifikaw li kull skola f’Malta u Għawdex hija konformi mar-regolamenti li tfasslu mill-awtoritajiet tas-saħħa. F’kummenti ma’ Television Malta, is-Segretarju Permanenti…

Aktar