Unjoni Ewropea
L-għola parteċipazzjoni fl-aħħar 20 sena fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew

Fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea l-partit tal-lemin u tax-xellug tilfu l-maġġoranza filwaqt li kien hemm żieda fl-appoġġ għall-partiti liberali, il-ħodor u n-nazzjonalisti. Minkejja dan il-partiti taċ-ċentru lemini ser jibqgħu jiffurmaw l-ikbar blokk fil-Parlament Ewropew u mistennija li jiffurmaw koalizzjoni favur l-Unjoni Ewropea.

Il-Partit Liberali u l-Ħodor marru tajjeb filwaqt lin-Nazzjonalisti rebħu kemm fl-Italja kif ukoll fi Franza. F’dawn l-elezzjonijiet ħarġu jivvutaw ferm aktar nies tant li kienet l-għola parteċipazzjoni fl-aħħar 20 sena.