Agrikultura
“Tini l-boots u ttini kollox” – it-tfajla li trid tqatta’ għomorha raħħala

Iggradwat fil-kura tal-annimali . . . iżda ma riditx taħdem bħala veterinarju. Amaya Mercieca Frantz għandha 23 sena. Stqarret li ma tħosshiex maqtugħa għal xogħol f’uffiċċju . . . u l-hena tagħha meta xxidd il-boots fir-razzett, taħdem qalb il-baqar tal-ħalib.

Xena rari f’razzett kbir f’Ħal Għaxaq; tfajla ta’ 23 sena tmexxi l-baqar għall-ħlib.

“Hawn ħafna nisa li dan ix-xogħol żgur ma jagħmluhx, imma jien ma niddejjaqx. Inħossni vera kburija li jien mara u naħdem hawn għax vera ftit nisa li jaħdmu f’razzett,” qalet ir-raħħala Amaya Mercieca Frantz.

In-nies spiss jistagħġbu għax jarawha taħdem ta’ raħħala. “Hawn ħafna min jgħidlek ‘jaq kif taħdem hekk?’ eżempju. Imma li kieku aħna ma nagħmlux dan ix-xogħol, ħaddieħor kif se jkollu l-prodott? Il-ħalib frisk kuljum fuq il-mejda? Kif se tagħmel it-te u l-kafè filgħodu?”

Għalkemm ix-xogħol ta’ raħħal jitlob impenn kbir, is-sodisfazzjon ma tibdlu ma’ xejn. “Ma nimmaġinanix naħdem ġo uffiċċju magħluqa ġewwa. Jien l-hena tiegħi niġi hawn.”

Fir-razzett hemm mal-400 baqra. Amaya tiftakar lil uħud minnhom jitwieldu. “Il-gost tagħna li minn għoġġiela żgħar tarahom jikbru, imbagħad tgħammarhom, ikollhom iż-żgħar huma, imbagħad jinħelbu huma, imbagħad tara l-kwalità tal-ħalib li jtuk.”

Dan ix-xogħol kollu li jsir fir-razzett għal dawn il-5 minuti ta’ kull baqra biex teħdilha l-ħalib.

Tixtieq li uliedha jkomplu fuq il-passi tagħha. “Nimmaġinani iva, li nibqa’ ħajti kollha, u jekk ikolli t-tfal, l-ewwel ħaġa li ngħidilhom hi biex jaħdmu f’razzett.”

Għalkemm tgħoddhom fuq subgħajk iż-żgħażagħ b’karriera fl-agrikoltura, Amaya tistqarr li kuntenta tibqa’ taħdem mal-baqar. “Ma nimmaġinanix nilbes, bħal speċi, ġlekkijiet jew hekk. Żgur. Mill-bqija jien tini l-boots u daqshekk, ittini kollox!”

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Illejla l-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista għandhom l-aħħar attività tagħhom. Mat-tokki ta’ nofsillejl jinżel is-separju tal-kampanja elettorali sabiex jiġu osservati jumejn ta’ silenzju. Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph…

Lokali

Il-kumpanija tal-gaming BET365 ikkonfermat il-pjan tagħha biex tkabbar l-operat tagħha f’Malta billi tirriloka wħud mill-attivitajiet tagħha minn Ġibiltà lejn Malta. Il-kumpanija li kellha uffiċini f’Malta u f’Ġibiltà b’liċenzja biex topera…

Partit Nazzjonalista

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Ombudsman laqa’ t-talba tiegħu u lest jinvestiga l-kontijiet tad-dawl u l-ilma li l-famiji qed ikollhom iħallsu. Il-Viċi Kap Nazzjonalista David Aguis flimkien mal-kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew…

Storja

Fl-2018 saru s-siti storiċi ta’ Heritage Malta 1.6 miljun turist, żieda ta’ madwar 400,000 ruħ meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.  Din iż-żieda fil-viżitaturi tirrifletti wkoll fid-dħul finanzjarju tal-aġenzija li s-sena…

Aktar