Konsumatur
L-HSBC jissospendi t-tariffa ta’ €5 wara taħditiet tal-MFSA u l-Bank Ċentrali

Fi stqarrija konġunta l-Bank Ċentrali ta’ Malta u l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji qalu li lbieraħ kellhom laqgħa biex jiddiskutu d-deċiżjoni mħabbra mill-bank HSBC Malta b’rabta mal-istruttura ta’ tariffi għall-kontijiet tal-klijenti.

Intqal li t-taħditiet bejn l-awtoritajiet u l-HSBC għadhom għaddejjin, bl-awtoritajiet jitolbu lill-bank jikkunsidra mill-ġdid din id-deċiżjoni.

Sadanittant, l-HSBC qablet li tissospendi temporanjament il-programm imħabbar sakemm ikunu għaddejjin id-diskussjonijiet.

Ara wkoll:

L-HSBC jiċċara li dawk bi dħul baxx mhux se jintlaqtu mit-tariffa l-ġdida