Konsumatur
L-HSBC se jagħlaq 9 fergħat sas-sena d-dieħla

HSBC Bank Malta ħabbar li se jagħlaq xejn inqas minn disa’ fergħat sas-sena d-dieħla, waqt li jżid is-servizzi f’fergħat oħra.

Il-fergħat li se jingħalqu sal-aħħar ta’ din is-sena huma dawk ta’ Birżebbuġa, Bormla, l-Fgura, il-Ħamrun, Wied il-Għajn, San Ġiljan u San Pawl il-Baħar. L-ATMs u l-magni tad-depożitu se jinżammu.

Is-sena d-dieħla se jingħalqu wkoll il-fergħat ta’ Ħal Qormi u Ħal Balzan, fejn minflokhom se ssir fergħa ġdida li tkun parti mill-uffiċċju prinċipali tal-bank f’Ħal Qormi.

Fi stqarrija l-bank qal li d-deċiżjoni ttieħdet biex tirrifletti l-mod kif il-klijenti tal-lum qed jużaw il-bank, u biex il-bank ikun jista’ jagħmel investiment f’fergħat oħra.

Qal li l-fergħat tal-Belt Valletta, il-Mosta, Raħal Ġdid, Tas-Sliema u r-Rabat Għawdex se jipprovdu iktar servizzi, parkeġġ, u ħinijiet itwal, jekk ikun hemm qbil mal-union tal-bankiera.

Barra minn hekk se jinfetħu ċentri ġodda għal ‘wealth management’ li se jkunu f’Birkirkara, il-Mosta, Raħal Ġdid, u s-Swieqi.

Waqt li l-fergħat ta’ Birkirkara, il-Gżira, is-Swieqi, ir-Rabat, iż-Żejtun, u ż-Żurrieq se jibqgħu joperaw bis-servizzi attwali, fil-Mellieħa, Ħaż-Żabbar, Ħaż-Żebbuġ u San Ġwann intqal li se jsir investiment f’ċentri għas-servizz tal-klijenti.

Ara wkoll:

Il-Gvern u l-Oppożizzjoni b’reazzjoni differenti għall-għeluq tal-fergħat tal-HSBC

Aħbarijiet Oħra
Politika

L-Ispeaker tal-Parlament, Anġlu Farrugia, qal li l-membri tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi ma setgħux jagħmlu mistoqsijiet dwar il-kuntratt mogħti mill-Awtorità tat-Turiżmu lid-Deputat Laburista Konrad Mizzi, qabel ma l-kontijiet awditjati tal-istess awtorità…

Saħħa

Id-Deputat Prim Ministru u Minsitru għas-Saħħa, Chris Fearne, ta rendikont tal-ħidma prekawzjonali li ttieħdet mill-awtoritajiet tas-saħħa kontra l-Coronavirus, waqt li tenna li s’issa Malta m’għandha l-ebda każ ta’ Covid-19. Il-Ministru…

Politika

L-Unjoni Ewropea qablet li torganizza missjoni militari mill-baħar u mill-ajru fil-lvant tal-Mediterran fi sforz biex twaqqaf it-traffikar tal-armi bejn ġellieda u milizji rivali fil-Libja. Dan ser isir biex ma jkomplix…

Edukazzjoni

Il-Malta Trust Foundation, li twaqqfet mill-President Emeritu Marie Louise Coliera Preca, ser testendi s-servizz tal-counselling fl-iskejjel fl-iskola medja ta’ Maria Reġina fin-Naxxar, bħala parti mill-proġett Blossom. Il-fondazzjoni kisbet finanzjament ta’…

Aktar