Ekonomija u Finanzi
L-HSBC se jnaqqas l-impjieg ta’ 180 ħaddiem bi skema ta’ irtirar

Il-Bank HSBC Malta qal li se jnaqqas madwar 180 impjegat f’eżercizzju ta’ ristrutturar li se jiswieh mas-€16-il miljun.

F’avviż fil-Borża ta’ Malta, l-HSBC qal li l-ħaddiema ġew offruti skemi ta’ irtirar volontarju, bl-applikazzjonijiet ta’ dawn l-iskemi għalqu u l-ħaddiema se jibdew jiġu kuntattjati dalwaqt. Kelliem għal HSBC qal lil TVM li l-bank aċċetta 180 applikazzjoni mingħand ħaddiema tiegħu biex jieħdu dawn l-iskemi. Dan hu fl-istess ilma ta’ kemm il-bank ħabbar li se jnaqqas ħaddiema minn fuq il-kotba tiegħu.

Mistoqsi kemm kienu l-ħaddiema li applikaw f’dawn l-iskemi, kelliem għal HSBC qal lil TVM li l-bank aċċetta 180 applikazzjoni. Dan l-ammont hu fl-istess livell ta’ kemm il-bank ħabbar li se jispiċċaw mix-xogħol ħaddiema.

L-HSBC irrefera għall-ispiża ta’ darba li se jġorr minħabba r-ristrutturar. Qal li din se tidher fir-rendikont finanzajru għas-sena li tintemm fil-31 ta’ Diċembru li ġej. Intqal li għalkemm l-ispiża hi stmata madwar €16-il miljun, din se tirriżulta f’iffrankar ta’ spejjeż għall-bank fis-snin li ġejjin.

Fl-avviż fil-Borża, il-bank qal li dan l-eżerċizzju jifforma parti mill-pjan strateġiku tal-HSBC, imħabbar ix-xahar li għadda, biex iżid l-attenzjoni tiegħu fuq is-servizzi bankarji diġitali – kif muri mix-xejriet tal-konsumaturi fl-użu tal-banek – waqt li jkompli jnaqqas l-effetti fit-tul tar-rati ta’ interessi negattivi. Fil-pjani ta’ HSBC l-għeluq ta’ 9 fergħat, il-ftuħ ta’ fergħa ġdida fil-kwartieri ġenerali f’Ħal Qormi, u erba’ ċentri ġodda ta’ wealth management.

 

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-mediċina u l-ikel huma fost l-aktar prodotti essenzjali li mingħajrhom Malta ma tgħaddix fi żmien ta’ pandemija. Tliet xufiera Maltin li jaħdmu ma’ kumpanija lokali tal-loġistika rifsu Malta għall-ewwel darba…

Lokali

Fil-fehma tad-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, il-Professur Andrew Azzopardi, il-ġlieda kontra d-droga u l-kultura tal-flus huma kruċjali biex iż-żgħażagħ ma jaqbdux it-triq tal-kriminalità li studju juru li jekk jidħlu fiha minn…

Kronaka

Il-pulizija qed tfittex raġel li wara nofsinhar daħal jisraq minn dar ta’ anzjana f’San Ġiljan. Il-pulizija qalet li ġiet informata bis-serqa minn residenza fi Triq Ċensu Tabone li tinsab fiż-żona…

Infrastruttura

Dik li kienet il-Biċċerija l-Antika lejn in-naħa t’isfel tal-Belt, mix-xahar id-dieħel se tkun il-Valletta Design Cluster – proġett li ser ikun wirt ieħor li jibqa’ minn fost kullana ta’ inizjattivi…

Aktar