COVID-19
L-ibuprofen qed tkun studjata bħala trattament għall-Covid-19

Minkejja t-tħassib li tqajjem fl-eqqel tal-pandemija b’rabta mal-mediċina ibuprofen, din issa qed tiġi studjata bil-għan li tintuża bħala trattament għall-Covid-19.

Diversi ġimgħat ilu kien qed jiġi rrappurtat li l-ibuprofen, li tintuża kontra l-infjammazjoni u biex ittaffi l-ugigħ, tista’ tiggrava s-sintomi tal-Covid-19, u għalhekk kien qed jiġi rrakkomandat biex minflok in-nies jużaw il-paracetamol.

Madandakollu din il-biża’ rriżultat li ma kinitx iġġustifikata, wara studju li sar mill-kummissjoni għall-mediċina, fejn din ikkonkludiet li l-ibuprofen, bħall-paracetamol, ittaffi s-sintomi simili għal dawk tal-influwenza u tniżżel id-deni.

Xjentisti mill-istptar ta’ Londra Guy’s and St Thomas u King’s College jemmnu li l-ibuprofen tista’ ttaffi problemi tan-nifs ikkawżati mill-Covid-19, u tnaqqas il-bżonn ta’ ventilator għall-pazjenti.

L-istudju, li ssejjaħ Liberate, se juża formula differenti tal-ibuprofen, minflok il-pilloli li jintużaw normalment. Provi li saru fuq l-annimali s’issa wrew li din il-mediċina tista’ ttaffi l-problemi tan-nifs, u issa se tkun qed tiġi ppruvata wkoll fuq pazjenti bil-Covid-19.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Id-Direttur tal-FBI Christoher Wray qal li l-operazzjonijiet ta’ serq ta’ intelligenġa u spjunaġġ mill-Gvern Ċiniż hu l-akbar thedddida għall-futur tal-Istati Uniti. Huwa qal dan waqt li kien qiegħed jitkellem fl-Istitut ta’…

Barranin

Il-maġġoranza assoluta tan-nies li jittestjaw pożittiv għall-Covid-19 ma jurux sintomi fil-ġurnata li jmorru għat-test. Dan joħroġ minn studju li saru fir-Renju Unit li wera li 2 minn kull 10 persuni…

Barranin

Il-President tal-Brażil, Jair Bolsonaro, ittestja pożittiv għall-Covid-19 fir-raba’ test għal virus li ilu bosta ġimgħat jirreferi għalih bħala ‘influwenza żgħira’ u qal li ħadd m’hu se jkun affettwat serjament minnha….

COVID-19

F’għeluq ir-raba’ xahar minn meta feġġ l-ewwel każ tal-coronavirus f’Malta, ir-rata ta’ trasmissjoni tal-virus minn persuna għall-oħra, l-hekk imsejjaħ R Factor, nizel għal 0.33, li jfisser li tliet persuni jistgħu…

Aktar