Infrastruttura
L-identità tal-Furjana tieħu r-ruħ b’xogħlijiet ta’ tisbiħ

Studju li sar fl-aħħar ħames snin mill-Forum għar-riġenerazzjoni tal-Floriana, identifika t-tisbiħ ta’ Triq Sant Anna u l-akkomodazzjoni għar-residenti Furjaniżi bħala żewġ temi ewlenin biex l-identità tas-subborg tal-Belt terġa’ tieħu r-ruħ.

Eluf ta’ vetturi kuljum jgħaddu minn Triq Sant Anna, fil-Floriana – meqjusa mill-Furjaniżi bħala l-vettrina tas-subborg. Filwaqt li l-loġoġ li jiddistingwu din it-triq, diversi jirrikonoxxu li dawn jista’ jkollhom potenzjal akbar. Is-Sindku tal-Floriana Davina Sammut Hili qalet li l-viżjoni tal-kunsill hi li din it-triq tinbidel fi ġnien, li jingħaqad maż-żoni ħodor li is-subborg tal-Belt hu magħruf għalihom.

“Il-viżjoni tal-kunsill hi li Triq Sant Anna tiġi pedonali. Tinbena mina sabiex it-traffiku jiġi iddevjat minn hemm u triq Sant Anna titgawda min-nies li jżuruha,” qalet is-Sindku.

Is-Sindku qalet li għaddejjin laqgħat mal-Ministeru tat-transport u l-infrastruttura dwar dan.

Il-proġett ta’ tisbiħ ta’ Triq Sant Anna kien fost il-proposti li tressqu mill-Forum għar-riġenerazzjoni tal-Floriana. Is-segretarju tal-Forum Chris Vella qal li temmew ħidmiethom billi ppreżentaw ir-rakkomandazzjonijiet li ħarġu mill-istudji li saru fost l-Furjaniżi lill-Kunsill.

“Ipproponejna li Triq Sant Anna tkun embellished, biex min jidħol u joħroġ fil-Floriana isib triq ħajja. Ħwienet miftuħin, bankijiet, artisan market li dawn il-loġoġ jistgħu joffru spettaklu għal dak li jkun,” qal is-Sur Vella.

Is-Sur Vella qal li l-istudju identifika wkoll l-problema tal-housing. “Ippropnejna li jitilgħu iktar sulari fuq housing estates, fuq il-blokki, u forsi jinstabu xi postijiet mitluqa li l-Gvern jistà jidħol għalihom u jkun jista jibni postijiet alternattivi għar-residenzi.

Is-Sindku appellat biex il-Gvern jgħati djar aktar aċċessibli lir-residenti fil-Floriana, billi diversi qed ikunu kostretti jitilqu mill-Floriana. “Qed nitolbu lill-Planning Authority biex ma tatix aktar uffiċini guest houses u boutique hotels, għax jekk id-djar ħa jiġu konvertiti f’uffiċini, il-lokalità ħa tispiċċa. Qed nesiġu li l-propjetajiet jibqgħu residenzjali, għax irridu li l-lokalita tibqa’ ħajja.”

Is-Sindku u s-Sur Vella irrikonoxxew li l-komunità Furjaniża qed taddatta għaż-żieda ta’ residenti barranin. Fost oħrajn billi qed jiġu organizzati attivitajiet mill-għaqdiet tal-lokal, fosthom taħt il-loġoġ fejn qalu qed ikun hemm skambju ta’ esperjenzi u kulturi differenti.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Kelliem għall-Forzi Armati ta’ Malta qalet li l-Guardia Costiera Taljana m’għandhiex permess iddaħħal f’Malta 90 immigrant li ġew salvati dal-lejl. Il-Forzi Armati jisħqu li kienu qed isegwu s-sitwazzjoni tal-immigranti li…

Edukazzjoni

Charles Caruana Carabez, Kummissarju għall-Edukazzjoni fl-Uffiċċju tal-Ombudsman, qal li se jibda jinvestiga l-isfida dejjem tikber tan-nuqqas ta’ għalliema fis-sistema tal-edukazzjoni, li fi kliemu tinsab f’xifer ta’ kriżi. Waqt li kien…

Edukazzjoni

Skola partikolari li ddeċidiet li tibda tibgħat iċ-ċirkolari lill-ġenituri bl-Ingliż biss ħolqot dibattitu jaħraq fuq il-midja soċjali. Kien l-awtur Trevor Zahra li fuq Facebook ippubblika parti miċ-ċirkolari ta’ din l-iskola…

Enerġija

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li minkejja ż-żieda fil-prezz taż-żejt wara l-attakki li seħħew fuq il-faċilitajiet taż-żejt fl-Arabja Sawdija, il-Gvern mhux qed jippjana li jgħolli l-kontijiet. Il-Prim Ministru qal dan…

Aktar