
Fl-aħħar 30 sena, l-esperti fil-qasam mediku u tan-nutrizzjoni raw żieda allarmanti f’dak li għandu x’jaqsam mal-allerġiji għall-ikel iżda dan l-għaliex?
Iż-żieda fl-allerġiji tal-ikel ġie rrappurtat l-aktar fil-Punent fejn it-tfal saru aktar suxxettibbli li jiżviluppawlhom. Fl-Ingliterra biss, madwar 7% tat-tfal huma allerġiċi għal ċertu ikel.
Kulħadd jaf kemm jistgħu jkunu perikolużi l-allerġiji għall-ikel li f’każijiet anke wasslu għall-mewt iżda fil-verità xi jwassal għal dan u l-għaliex jaffettwa lil xi wħud biss?
L-allerġiji għall-ikel f’xi wħud ifeġġu meta ġisimhom ma jirnexxilux iqis ċertu ikel bħall-lewż jew il-ħut bħala sustanzjuż iżda jarah bħala theddida. Is-sintomi huma varji – nefħ, urtikarja, diffikultà fin-nifs, diarrhoea u l-agħar fosthom kollha l-anaphylactic shock – meta jimmanifestaw ruħhom dawn is-sintomi kollha f’daqqa.
Il-bniedem huwa allerġiku l-aktar għall-ħalib, il-karawett, il-bajd, tipi differenti ta’ lewż, ġunġlien, ħut u l-frott tal-baħar u skont l-esperti, dawk li jgħixu f’soċjetatiet żviluppati huma l-aktar li jbatu. Jidher li titjib fl-istat tal-iġjene fl-ambjent qed iġiegħel lis-sistema immunitarja tal-bniedem titgħażżen. Infatti, l-istudji li saru sabu li f’pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw jiġu rrappurtati ħafna anqas każijiet ta’ allerġiji assoċjati mal-ikel. Għalhekk, l-esperti jemmnu li mhux biss it-titjib fl-iġjene iżda anke t-tniġġis jaf qed iwassal għal dan kollu. Dan is-suspett ikkonfermawh meta ħarsu lejn l-ammont ta’ każijiet ta’ immigranti li żviluppaw l-asthma u allerġiji għall-ikel wara li telqu minn art twelidhom.
Skont l-esperti, it-tfal mhux qed ilaqqtu biżżejjed infezzjonijiet u għalhekk ġisimhom, fin-nuqqas ta’ infezzjonijiet u mikrobi, qed jispiċċa jattakka affarijiet oħrajn li huma bnini u sustanzjużi għall-bniedem.
Fi studju ppubblikat minn King’s College London LEAP Study, instab ukoll li 80% ta’ dawk it-trabi li kienu esposti għal-lista tal-ikel imsemmija hawn fuq ma baqgħux jiżviluppaw aktar allerġiji. Dan l-għaliex, ġisimhom kien kapaċi jirrispondi u jidra aħjar ċertu sustanzi tal-ikel kif ukoll mikrobi assoċjati miegħu.
Il-kantanta Katy Perry u l-attur Orlando Bloom jidher li tgħarrsu f’Jum San Valentinu. Fuq is-siti soċjali, Perry tellgħat ritratt tagħha ma’ Bloom b’ċurkett f’subgħajha u fl-isfont ta’ ħafna bżieżaq ħomor…
Din hija mistoqsija li ssir lil ħafna speċjalisti tal-ġilda. Saru diversi studji b’uħud jgħidu li veru u oħrajn juru li m’hemmx relazzjoni bejn iċ-ċikkulata u l-ponot. Ikel rikk fil-karboidrati u…
Bħal-lum, jum San Valentinu, madwar id-dinja jitqassmu mal-50 miljun warda. Mal-ward illum ukoll fl-Istati Uniti jitqassmu mat-8 biljun ċikkulata. F’jum l-imħabba, madwar id-dinja mat-220,000 persuna jipproponu lill-maħbub/a. Għalkemm ħafna jiċċelebraw…
Il-kantant Amerikan ta’ fama mondjali Justin Bieber qabditu d-dipressjoni u qed jingħata kura minn terapisti speċjalizzati fil-mard mentali. Jidher li Bieber xejn mhu jkun kuntent dan l-aħħar u għalhekk kellu…