Politika
L-IĠM jikkundanna l-attitudni ta’ ministru lejn ġurnalist

L-Istitut tal-Ġunrnalisti Maltin (IĠM) ikkundanna l-azzjonijiet ta’ ministru, li qal esponew ġurnalist għal fastidju u intimidazzjoni fuq il-midja soċjali.

Fi stqarrija l-IĠM qal li l-ġurnalist ta’ Net News kien qed jistaqsi l-mistoqsijiet lill-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri waqt konferenza virtwali fis-6 ta’ Mejju.

L-IĠM qal li l-Ministru kien xandar fuq il-midja soċjali l-filmat tal-mistoqsija, li qal ġiet editjata, waqt li tpoġġa isem il-ġurnalist b’mod prominenti, flimkien mal-kamra tal-aħbarijiet fejn jaħdem. Intqal li l-filmat inżamm fuq nett tal-paġna ta’ Facebook tal-Ministru għal jumejn u ġie mxerred ukoll fuq Instagram.

L-IĠM saħaq li filwaqt li l-politiċi għandhom dritt jagħtu l-verżjoni tagħhom, għandhom ukoll dmir li jwieġbu l-mistoqsijiet u m’għandhomx jagħmlu lill-ġurnalist is-suġġett tal-istorja. L-istitut qal li mhux se jittollera dawn l-azzjonijiet li jinstigaw il-mibgħeda lejn il-ġurnalisti.

RITRATT (fuq): Il-filmat li jagħmel referenza għalih l-IĠM

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li hu għadu l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista. “Kien hemm aħbarijiet fuq il-midja li diġà Kap tal-Oppożizzjoni ġdid u ssemmiet l-Onorevoli Therese…

Politika

Fl-aħħar sigħat il-President ta’ Malta George Vella ltaqa’ ma’ diversi deputati tal-Partit Nazzjonalista fil-Palazz ta’ Sant’ Anton. Fost id-deputati li diġà kellhom laqgħa mal-President Vella kien hemm Beppe Fenech Adami,…

Politika

Il-vot ta’ sfiduċja f’Adrian Delia mid-deputati Nazzjonalisti ħoloq xenarji ġodda b’opinjonisti jgħidu li din is-sitwazzjoni kompletament ġdida fl-istorja politika ta’ Malta. Fil-programm Ras imb’ Ras fuq TVM, l-opinjonist Dr Mario…

COVID-19

Il-COVID-19 u x-xogħol ġew diskussi minn mexxejja minn madwar id-dinja f’summit virtwali organizzat mill-Għaqda Dinjija tax-Xogħol, l-ILO. Fil-fehma tal-kap tal-organizazzjoni, il-pandemija tefgħet id-dinja tax-xogħol fi kriżi bla preċedent. F’messaġġ waqt…

Aktar