Lokali
ARA: L-ikbar ajruplan tal-passiġġieri fid-dinja jtir minn Malta b’dehra ġdida

Bosta dilettanti tal-avjazzjoni llum waranofsinhar fittxew l-aħjar post biex isegwu u jieħdu r-ritratti tat-tluq minn Malta tal-Airbus A380 tal-linja tal-ajru Air France.

L-ajruplan, l-akbar tal-passiġġieri fid-dinja u fil-familja tal-manifattura Airbus, kien ilu Malta mill-24 ta’ Jannar għand il-kumpanija Aviation Cosmetics.

Ħaddiema tal-kumpanija qaxxru ż-żebgħa li kellu fuq il-qafas u żebgħuh mill-ġdid. Madwar sittin ħaddiem, bejn Maltin u barranin, ħadmu fuq dan il-proġett.

Aħbarijiet Oħra
Gazzetti

Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum, il-Ħadd 23 ta’ Settembru, 2018 The Malta Independent Timmarka d-demostrazzjoni li saret kontra l-vjolenza domestika fil-Belt Valletta. Rapport ieħor jgħid li dawk li jaħdmu…

Televiżjoni u Radju

Lejn tmiem is-snin 30 l-awtoritajiet Taljani fil-Libja kienu konvinti li l-Maltin ta’ Tripli kienu qed jibagħtu żgħażagħ mill-komunità tagħhom lejn Malta biex jidħlu fl-armata Ingliza. Aktar minn hekk, l-awtoritajiet Taljani…

Renju Unit

Meta r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, fosthom il-Maltin, li ilhom jgħixu fir-Renju Unit għal tal-inqas ħames snin se jkunu intitolati għal dokument ġdid ta’ residenza msejjaħ settled…

Aktar