Elezzjoni
“L-ikbar distakk fl-istorja tal-pajjiż” – il-Prim Ministru

F’kumment telefoniku waqt xandira diretta fuq TVM, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-riżultat proviżorju tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew jirrifletti l-ikbar distakk politiku fl-istorja tal-pajjiż.

Qal li skont figuri proviżjonali, id-distakk huwa ta’ 17%, li jammonta għal differenza ta’ madwar 45,000 vot bejn iż-żewġ partiti.

Il-PM qal li l-Partit Laburista kiseb madwar 55% tal-voti, li huwa żieda fuq ir-riżultat tal-elezzjoni tal-MEPs ta’ ħames snin ilu, iżda fuq l-istess skala tal-elezzjoni ġenerali li għaddiet.

Żied jgħid li b’dan ir-riżultat jidher li l-Partit Laburista kiseb ir-raba’ siġġu. Iddeskriva r-riżultat bħala vot ta’ fiduċja fil-Gvern, u vot kontra l-firda u kontra l-ħsara lil Malta.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

F’aktar minn ħamsin sena, l-Għaqda Alkoħoliċi Anonimi għenet mijiet ta’ persuni bi problema ta’ xorb żejjed, u ħafna drabi anke lill-qraba tagħhom permezz tal-AL-ANON. TVM tkellem ma’ raġel li 27…

Infrastruttura

Għaddejin l-aħħar tħejjijiet għat-tlestija ta’ Triq Ħal Luqa, li hija l-arterja ewlenija bejn Santa Luċija u Ħal Luqa. Bejn it-Tlieta filgħodu u l-Erbgħa waranofsinhar, it-triq se tingħalaq f’direzzjoni waħda sakemm…

Trasport

Matul l-aħħar snin, Transport Malta flimkien mal-Ministeru tat-Trasport nedew diversi skemi fuq ix-xiri ta’ mezzi tat-trasport biex jonqos it-tniġġis tal-arja. Tnejn mill-iskemi li qed jagħtu riżultati huma għax-xiri tal-karozzi elettriċi…

Aktar