Barranin
L-ikbar folla ta’ nisa għarwenin fuq l-istess bajja

Miġemgħa ta’ 2,500 mara fl-Irlanda kisru r-rekord tal-ikbar ammont ta’ persuni li qabżu jgħumu bla ħwejjeġ f’salt wieħed.

In-nisa tajru ħwejjiġhom fil-bajja ta’ Maghermore biex jiġbru l-flus għal fondazzjoni li tgħin fir-riċerka tal-kanċer, b’ħafna minnhom li kienu wkoll morda bil-kanċer.

Il-ħwejjeġ ma neżgħuhomx għal xejn, għax irnexxielhom jiġbru iktar minn €150,000.

Il-folla ta’ nisa għarwenin fl-Irlanda daħlet fil-Guinness World Records, wara li kisret rekord ieħor tal-2015 fl-Awstralja, meta 786 mara qabżu jgħumu bla ħwejjeġ f’Perth.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Miet l-eks Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda Kofi Annan fl-età ta’ 80 sena. Huwa kien rebaħ il-Premju Nobel għall-Paċi għall-ħidma umanitarja tiegħu. Il-Fondazzjoni li ġġib l-isem tiegħu, Fondazzjoni Kofi Annan, qalet…

Barranin

Funeral statali illum għal tmintax-il vittma tat-traġedja tat-tiġrif tal-pont Morandi f’Genova it-Tlieta li għadda. Preżenti għall-funeral statali se jkun hemm il-President Taljan Sergio Mattarella u l-Prim Ministru Giuseppe Conte. S’issa…

Barranin

Fl-Istat ta’ Kerala fl-Indja l-għargħar ħalla mill-anqas 324 persuna mejta bl-awtoritajiet jgħidu li dan kien l-agħar għargħar fl-aħħar mitt sena. Il-monsoon fl-Indja jibda minn Ġunju bl-iskwadri ta’ salvataġġ qed jissieltu…

Barranin

Fir-Renju Unit, mara skopriet li kienet ilha tgħix 28 sena b’contact lens f’għajnejha. Il-mara, ta’ 42 sena, żviluppat infezzjoni f’għajnejha meta, it-tobba tal-għajnejn skoprew li l-infezzjoni kienet ġejja minn contact…

Aktar