Barranin
L-ikbar għadd ta’ mwiet bil-Covid-19 f’jum wieħed mit-30 t’April

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa rrappurtat żieda rekord ta’ każijiet ġodda ta’ Covid-19. F’24 siegħa kien hemm kemm aktar minn 284,000 każ ġdid, waqt li kien hemm l-akbar għadd ta’ mwiet f’ġurnata waħda mit-30 ta’ April – aktar minn 9,750.

Fl-Istati Uniti kien hemm l-akbar ammont ta’ każi ġodda – kważi 70,000 waqt li l-Perù kellu l-akbar ammont ta’ mwiet; 3,876.

Diversi pajjiżi Ewropej kellhom jerġgħu jimplimentaw miżuri aktar stretti minħabba li reġgħu bdew jiżdiedu l-każi.

Mill-1 ta’ Awwissu, Franza se timponi testijiet għall-COVID għall-passiġieri minn sittax-il pajjiż meqjusa ta’ riskju għoli bħall-Istati Uniti, il-Brażil, l-Indja, it-Turkija u oħrajn.

Parti kbira mill-każi ġodda fi Spanja huma konċentrati fi stabbilimenti tad-divertiment u d-diskoteki – b’persentaġġ għoli ta’ żgħażagħ infettati bil-virus. Dan wassal biex għadd ta’ reġjuni żiedu r-restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet ta’ divertiment. Il-gvern ta’ Katalunja se jagħlaq l-istabbilimenti tad-divertimenti fir-reġjun għal ħmistax.

L-awtorijiet Ġermaniżi ddeċidew li l-passiġieri minn pajjiżi fejn hemm rata għolja ta’ każijiet iridu jagħmlu test għall-COVID qabel jaqsmu l-fruntiera, jew iridu jqattgħu ħmistax kwarantina.

Fl-Awstrija, il-maskra trid tintlibes f’postijiet pubbliċi, inkluż fis-supermarkets, il-banek u l-posta. Dan filwaqt li żdied il-kontroll fuq il-fruntiera, hekk kif it-turisti minn pajjiżi b’riskju għoli mhux jitħallew jidħlu fil-pajjiż qabel ma jkunu rriżultaw negattiv għall-COVID u xorta waħda jridu jibqgħu ġewwa għal erbatax-il jum.

Fir-Renju Unit, dawk li jinqabdu mingħajr maskra jistgħu jeħlu multa ta’ madwar mija u disa’ ewro.

L-espert dwar il-mard infettiv fl-Istati Uniti, Dr Anthony Fauci, qal li s-sena d-dieħla se nkunu nistgħu nitkellmu dwar in-normalità reali. Qal li minkejja li sa Diċembru ta’ din is-sena, se jkun hemm żviluppi importanti fit-tilqima, mhux jistenna li se jkun hemm biżżejjed għal kulħadd qabel l-ewwel xhur tal-2021.

Huwa rrikonoxxa li l-President Donald Trump – f’konferenza tal-aħbarijiet dan l-aħħar avża lin-nies biex jilbsu l-maskri u jżommu d-distanza soċjali.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fl-istat ta’ Victoria fl-Awstralja ġiet irrappurtata l-ogħla rata ta’ mwiet fejn f’ġurnata waħda mietu 17-il persuna bil-coronavirus. Matul il-ġurnata tal-Ħadd f’Victoria l-ammont ta’ każi żdiedu b’394 u fl-aħħar ġimgħa kienu…

Barranin

Il-komunità tal-mexxeja internazzjonali mistennija tingħaqad flimkien illum bl-għan li jinġabru fondi għall-Bejrut wara l-isplużjoni devastanti li seħħet it-Tlieta li għadda. Il-konferenza virtwali organizzata minn Franza u n-Nazzjonijiet Maqgħuda mistennija tibda…

Barranin

Aġenziji tan-Nazzjonijiet Magħquda wissew bi kriżi umanitarja fil-Libanu wara l-isplużjoni fil-port ta’ Bejrut nhar it-Tlieta. B’kollox mat-300,000 persuna spiċċaw bla saqaf fuq rashom maqbuda fi kriżi ekonomika u l-pandemija tal-Covid-19. B’kollox mietu…

Aktar