Settur Marittimu
L-ikbar kumpanija internazzjonali ta’ bastimenti ro-ro tirreġistra l-bastimenti tagħha f’Malta

L-ikbar kumpanija internazzjonali ta’ bastimenti ro-ro Wallenius Wilhelmsen ASA għażlet lil Malta biex tirreġistra l-bastimenti tagħha.  Fi stqarrija, il-Ministeru għat-Trasport qal li din il-kumpanija se tirreġistra 32 bastiment taħt l-entità Maltija tat-Tonnage Tax Regime u 21 bastiment itajru l-bandiera Maltija, tunnellaġġ net totali ta’ aktar minn 800,000 minn din il-kumpanija.

Il-Ministru Ian Borg qal li din hija kisba oħra fis-settur marittimu Malti, b’reġistru li jopera fuq il-prinċipji ta’ kwalità, reputazzjoni u kunfidenza grazzi għal politika stabbli, relazzjoni b’saħħitha ma’ Stati Membri oħra fl-UE.  Żied jgħid li din l-industrija tikkontribwixxi 12% tal-GDP ta’ pajjiżna u li ġġenerat 23,000 impjieg.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv ta’ Wallenius Wilhelmsen Craig Jasienski faħħar lir-Reġistru Malti tar-rispons attiv u l-istabbiltà li joffri lill-klijenti tiegħu, u qal li s-servizz li dejjem ingħataw ikompli jikkonferma d-deċiżjoni li l-kumpanija ħadet biex tibda tmexxi l-vapuri tagħha lejn Malta, servizz li laħaq kull aspirazzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

F’aktar minn ħamsin sena, l-Għaqda Alkoħoliċi Anonimi għenet mijiet ta’ persuni bi problema ta’ xorb żejjed, u ħafna drabi anke lill-qraba tagħhom permezz tal-AL-ANON. TVM tkellem ma’ raġel li 27…

Infrastruttura

Għaddejin l-aħħar tħejjijiet għat-tlestija ta’ Triq Ħal Luqa, li hija l-arterja ewlenija bejn Santa Luċija u Ħal Luqa. Bejn it-Tlieta filgħodu u l-Erbgħa waranofsinhar, it-triq se tingħalaq f’direzzjoni waħda sakemm…

Trasport

Matul l-aħħar snin, Transport Malta flimkien mal-Ministeru tat-Trasport nedew diversi skemi fuq ix-xiri ta’ mezzi tat-trasport biex jonqos it-tniġġis tal-arja. Tnejn mill-iskemi li qed jagħtu riżultati huma għax-xiri tal-karozzi elettriċi…

Aktar