X

L-ikbar kumpanija tal-Cryptocurrency exchange bi ftehim mal-Borża ta’ Malta

Il-Borza ta’ Malta kompliet timraħ fis-swieq internazzjonali permezz ta’ ftehim mal-kumpanija tal-crpytocurrency Binance. Waqt l-iffirmar tal-ftehim, il-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna qal li das-settur jiftaħ orizzonti ġodda anke għall-Borza.

L-ikbar kumpanija tal-Cryptocurrency exchange fid-dinja ‘Binance’ ffirmat ftehim fil-prinċipju mal-kumpanija sussidjarja tal-Borża ta’ Malta, MSX PLC. Din is-sħubija se tippermetti li Binance u MSX jospitaw assi finanzjarji tradizzjonali fuq it-teknoloġija blockchain permezz ta’ tokens ta’ sigurtà u anke tibda tipparteċipa fis-suq tal-ishma f’pajjiżna.

Iċ-Ċermen tal-Borza Joe Portelli ddeskriva dan il-ftehim bħala wieħed importanti biex il-Borża ta’ Malta tkun lesta għal bidliet li qed iseħħu fis-settur finanzarju.

Joe Portelli qal “only a few weeks ago the New York Stock Exchange decided that they will also engage in Cryptocurrency space, so I am very happy and proud to say that the Malta Stock Exchange is actually a trail blazer and ahead of many other stock exchanges and realizing this is a technology with so much potential for our country”.

Wei Zhou, iċ-Chief Financial Officer ta’ Binance qal li l-kumpanija għażlet lil Malta wara djalogu b’saħħtu mal-Gvern u rat li Malta kienet minn ta’ quddiem nett li għamlet regolamenti għall-muniti virtwali.

Wei Zhou qal “we love Malta because of its robust and transparent Crypto regulations here and also because of its dept of talent in the compliance sector and its history of innovation especially in the igaming space.”

Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna qal li l-Gvern qed jaħtaf dawn l-opportunitajiet għax joħolqu opportunitajiet ta’ impjiegi.

“Il-Malta Stock Exchange ħloqnielha sussidjarja biex il-main job tas-stock exchange jibqa’ kif inhu u s-sussidjarja tidħol għal dawn il-ventures il-ġodda. Issa sta għan-negozjati biex is-stock exchage issa jieħu fama internazzzjonali u jidħol f’industrija li tagħmel isem għall-pajjiżna” spjega l-Ministru Scicluna.

Il-Ministru Scicluna nnota li l-kumpanija Binance għamlet profitt ta’ biljun Ewro s-sena l-oħra u dan juri li Malta qed tattira kumpaniji ġganteski.

av :