COVID-19
L-ilbies obbligatorju tal-maskri: fl-ewwel ġimgħa jinħarġu 109 ċitazzjonijiet

Ftit aktar minn 100 persuna ġew immultati talli fl-aħħar ġimgħa nqabdu mingħajr maskra f’ħames postijiet fejn hu obbligat li tintlibes fosthom fuq tal-linja u fil-ħwienet. Il-Professur Charmaine Gauci qalet li l-maskra trid tindara bħal użu tan-nuċċali jew is-seat belt fil-vetturi.

Ġimgħa minn meta l-użu tal-maskri f’postijiet partikolari beda jkun infurzat b’multa ta’ €50 jekk wieħed jammetti u €100 jekk ma jammettix, l-awtoritajiet għamlu kważi 750 spezzjoni fi ħwienet, stabbilimenti u t-terminals fejn hu obbligat li jintlibsu kif spjegat il-Professur Charmaine Gauci: “Ħarġu ċittazzjonijiet għal 109 persons. Bħalma dejjem ngħid aħna ma nixtiqux noħorġu ċittazzjonijiet aħna l-għan tagħna hu li n-nies jifhmu għalfejn inti għandek tilbes il-maskra u li din tiġi xi ħaġa naturali bħalma inti tilbes in-nuċċali.”

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qalet li ma jfissirx li għax qrib tagħna ma jkunx hemm Pulizija jew forzi tal-ordni, m’għandnix insegwu r-regolamenti: “Din l-istess bħas-seat belt bil-mod il-mod għallimna li kif tidħol fil-karozza tilbes is-seat belt mhux għax qed jarak pulizija jew mhux jarak pulizija. Hawnhekk appell ejja nikkopperaw kollha flimkien j’Alla ma jkollniex bżonn enforcements f’dan il-pajjiż ħalli aħna nikkopperaw kollha flimkien u nikkontrollaw is-sitwazzjoni.”

Minn dawra f’diversi lokalitajiet u stabbilimenti fosthom kumplessi tax-xiri, innutajna li ħafna konsumaturi qed jadattaw għar-realtà ġdida tal-ilbies tal-maskra metea jmorru jixtru. Fost l-oħrajn, kumpless kummerċjali investa f’tagħmir teknoloġiku biex b’mod awtomatiku jaqra t-temperatura ta’ kull persuna li tkun dieħla.

“Dan hu tagħmir awtomatizzat li xogħlu huwa li jikkontrolla l-influss tan-nies huma u deħlin fil-kumpless u fl-istess ħin jieħu t-temperatura tan-nies u jissanitizza kemm jista’ jkun il-parti esterna ta’ kull min ikun dieħel,” qal Attilio Suda.

“Your body temperature is 36.5, you can enter”

Ara wkoll:

Il-Professur Gauci twissi dwar iż-żieda fl-anzjani pożittivi għall-Covid-19

31 każ ġdid ta’ Covid-19 u jfiqu 54

Jekk għandek is-sintomi tingħata appuntament għal swab test fi żmien 24 siegħa

Aħbarijiet Oħra

Waqt il-programm TVAM, is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci tkellmet dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 fid-djar tal-anzjani. Il-Professur Gauci kkonfermat li llum naqbżu t-3,000 każ ta’ Covid-19 f’Malta. Tkellmet ukoll dwar l-importanza…

Matul il-jum tal-Ħadd inġabret is-somma ta’ €1,436,955 għal Dar Bjorn. Il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi saret sabiex tinfetaħ it-tieni Dar Bjorn għall-pazjenti bl-ALS u kundizzjonijiet newroloġiċi. Il-maratona bdiet f’nofsinhar u…

Is-satelliti li hawn fl-ispazju fuq Malta jipproduċu informazzjoni utli dwar il-kurrenti tal-baħar u l-effetti li għandhom fuq il-kosta Maltija. Grupp ta’ riċerkaturi mill-Università ta’ Malta ħolqu sistema teknoloġika li permezz tagħha…

Il-Ministeru għas-Saħħa ġie infurmat li anzjana ta’ 91 sena mietet waqt li kienet  pożittiva bil-Covid-19. L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid19, fl-10 ta’ Settembru u ddaħħlet l-isptar Mater Dei fit-22 ta’ Settembru,…

Aktar