Barranin
L-ilbies tal-maskra jerġa’ obbligatorju fi Franza

Il-maskra trid terġa’ tintlibes b’mod obbligatorju fi Franza.

Il-Ministru tas-Saħħa Franċiż, Olivier Véran ħabbar dan f’konferenza tal-aħbarijiet f’Pariġi fl-isfond taż-żieda ta’ każi ta’ Covid-19 fil-pajjiż.

Véran qal li l-maskra trid terġa’ tibda tintlibes fil-postijiet pubbliċi kollha. Żied jgħid, li l-pubbliku se jitħalla jgawdi s-swieq tal-Milied jekk jippreżenta ċ-ċertifikat tal-vaċċin biss.

Intant, f’Milan, l-Italja, il-maskra trid terġa’ tibda tintlibes fil-beraħ ukoll. Din il-miżura mistennija tidħol fis-seħħ nhar is-Sibt li ġej u se tibqa’ tapplika sal-aħħar tas-sena.

Apparti l-Awstrija, anki l-Islovakkja ddikjarat ġimagħtejn lockdown mal-pajjiż kollu wara żieda ta’ każi ġodda ta’ Covid.