Lokali
L-Imam Elsadi ma jaqbilx mad-deċiżjoni ta’ Donald Trump

L-Imam Mohammed Elsadi qal li ma jaqbilx mad-deċiżjoni tal-President Amerikan Donald Trump dwar Ġeruslemm. Dan wara li lbieraħ Donald Trump qal li se jirrikonoxxi lil Ġerusalemm bħala l-kapitali ta’ Iżrael.

Fi stqarrija l-Imam Mohammed Elsadi qal li din id-deċiżjoni hija rigal kbir għall-ISIS. Saħaq li dan l-att jagħti palata lit-terroriżmu u l-estremiżmu.

Huwa qal li r-rilokazzjoni tal-Ambaxxata Amerikan minn Tel Aviv għal Ġerusalemm hija inġustizzja lejn il-poplu Palestinjan.  Qal li din id-deċiżjoni mhix għaqlija u tmur kontra r-resoluzzjoni tal-Kunsill tan-Nazzjonijiet Magħquda.

Tenna li bid-deċiżjoni tiegħu Donald Trump se jkompli jżid l-instabbiltà fil-Lvant Nofsani. Sostna li bl-attitudni tiegħu, Trump mar kontra l-valuri tal-libertàu tad-demokrazija.

Temm jgħid li l-President Amerikan għandu jirtira d-deċiżjoni li ħa.

Ara wkoll:

Il-Prim Ministru kontra Donald Trump dwar Ġerusalemm

Trump jirrikonoxxi Ġerusalemm bħala kapitali ta’ Iżrael

Aħbarijiet Oħra
Trump

Gidba minn George Papadopoulos ħelset lill-Professur Malti Joseph Mifsud milli jiġi aktar investigat dwar ir-rabta bejn il-President Amerikan Donald Trump u r-Russja waqt il-kampanja elettorali. L-Awtoritajiet Federali Amerikani qed jinsistu…

Kronaka

Raġel ħarab wara li seraq ammont ta’ flus minn ħanut. Ilbieraħ għall-ħabta tas-6:30pm, raġel armat b’arma li taqta’ u bil-ponta daħal f’ħanut fi Triq Santa Tereża, Bormla. Huwa talab il-flus…

Ikel

L-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni ħareġ twissija dwar ftehim għal żieda fil-prezz tal-pastizzi u qal li se jkun qed jipproċedi kontra negozji li jiftehmu bejniethom dwar prezzijiet. Fi stqarrija, l-Uffiċċju għamel referenza għar-rapporti…

Aktar