Ekonomija u Finanzi
L-IMF b’ċertifikat għal Malta – b’diversi rakkomandazzjonijiet

L-ekonomija Maltija kienet taħt il-lenti tal-ekonomisti tal-Fond Monetarju Internazzjonali li jagħmlu l-evalwazzjoni perjodika tal-ekonomija. Fi stqarrija bil-konklużjonijiet tagħha, il-missjoni tal-IMF osservat li t-tkabbir ekonomiku diskritt bħala wieħed mill-aktar f’saħħtu fl-Ewropa qiegħed b’pass mgħaġġel iqarreb lil Malta lejn il-medja tal-Prodott Domestiku Gross tal-Unjoni Ewropea.L-esperti tal-IMF għamlu diversi rakkomandazzjonijiet ewlenin fosthom fuq is-suq tax-xogħol, il-prezzijiet tad-djar u għat-titjib tal-infrastruttura.

Ċertifikat ieħor għall-ekonomija Maltija mill-esperti tal-Fond Monterarju Internazzjonali li żaru Malta x-xahar li għadda u eżaminaw l-indikaturi ekonomiċi u tkellmu ma’ diversi entitajiet dwar il-qagħda ekonomija Maltija. Huma ċċertifikaw li l-ekonomija Maltija qed tikber b’pass mgħaġġel u dan ser iwassal biex Malta tilħaq il-medja tal-iżvilupp tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Il-konklużjoni tal-esperti tal-IMF għad iridu jgħaddu mill-għarbiel tal-Bord Eżekuttiv tal-IMF li jrid joħroġ ir-rapport perjodiku dwar Malta.

L-esperti iżda għamlu sensiela ta’ rakkomandazzjoni fuq erba oqsma partikulari: Ghas-settur Finanzjarju, huma heggeg lill-awtoritajiet Maltin biex ikompli bir-riforma fl-implimentazzjoni tad-direttiva kontra l-ħasil tal-flus biex jissalvagwardja l-integrità. Qalu wkoll li l-awtoritajiet għandhom jassiguraw u jssaħħu l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji f’dan il-qasam. Dwar is-suq tal-propjetà, l-ekonomisti tal-IMF qalu li l-awtoritajiet għandhom jaraw li l-inċentivi fiskali ma jikkontribwixxux għal iktar żidiet fil-prezzijiet tal-propjetà u li dawn ikunu immirati l-iżjed għal familji bid-dħul baxx. Ħeġġew ukoll li biex jiżdiedu l-appartament għall-akkomodazjzoni soċjali.

Dwar il-budget tal-Gvern, l-ekonomisti qalu li l-Gvern għandu jkompli jimmira għal budget bilanċjat anke mingħajr id-dħul tal-Programm taċ-Ċittadinanza b’Investiment. Qalu wkoll li l-Gvern għandu jkompli jalloka parti sew min-nefqa tiegħu biex itejjeb l-infrastrutura li jekk ma titjiebx toħloq staġnar għall-ekonomija. Ħeġġew ukoll biex il-Gvern iħares fit-tul lejn il-problema tal-pensjonijiet minħabba popolazzjoni li qed tixjieħ. Qalu wkoll li għandu jitkompla r-ristrutturar tal-intrapriżi tal-Gvern u biex tikber il-ħidma ħalli l-Gvern jiġbor id-dħul li huwa dovut lilu.

Il-konklużjonijiet tal-missjoni tal-IMF iħeġġu wkoll għal sforzi akbar biex fis-suq tax-xogħol jidħlu aktar nisa u anzjani waqt li jgħidu li minkejja li l-qgħad huwa fl-inqas livell tiegħu, ma kienx hemm pressjonijiet esaġerati biex jgħolew il-pagi. Iħeġġu wkoll biex isir sforz akbar biex jitjiebu l-ħiliet tal-ħaddiema u biex il-pajjiż jinvesti iżjed fir-riċerka u l-innovazzjoni biex tkompli titjieb il-produttività. L-esperti tal-IMF qalu li l-prospetti ekonomiċi ta’ Malta huma tajbin, jistqarru li jistgħu jkunu mrazzna minħabba l-limitazzjonijiet miċ-ċokon tal-pajjiż.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

L-istudenti fl-iskejjel sekondarji tal-Gvern li għażlu suġġetti vokazzjonali, minn Settembru li ġej se jibda jkollhom il-lezzjonijiet minn klassijiet li ngħataw bixra differenti għax ġew mgħammra b’apparat li jixbah dak li…

Agrikultura

Deskritt bħala wieħed mill-ifjen żjut minn esperti u chefs magħrufa internazzjonalment, fosthom Jamie Oliver, iż-żejt taż-żebbuġa Malti għandu karatteristiċi partikulari li jiddistingwuh. Sejbiet arkeoloġiċi juru li elfejn sena ilu, ir-Rumani…

Kultura

Niċċa bi statwa devota tar-Redentur, fit-triq għal Marsaxlokk, se tiġi restawrata. Ix-xogħol se jsir mid-Direttorat tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u għandu jitlesta sal-aħħar tas-sena. Il-Perit…

Annimali

Numru ta’ kuċċiera qalu li qegħdin jikkunsidraw li jiftħu kawża fil-Qorti biex ireġġgħu lura l-avviż legali li bih ma jistgħux jaħdmu bil-karrozzin bejn is-siegħa u l-erbgħa ta’ waranofsinhar f’Lulju u…

Aktar