Lokali
L-imħabba ta’ omm b’diżabilità lejn binha bid-down syndrome

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li tagħti kuraġġ lil ommijiet oħra.

Fil-fjur ta’ ħajjitha Lorriane Pellicano nħakmet minn artrite severa li kawża tagħha spiċċat b’diżabilità f’ġisimha, bi problemi ta’ mobilità, fosthom f’idejha t-tnejn.

Lorraine Pellicano qalet “kelli tnax-il sena, imradt, arthritis severa, sabbtitni f’sodda anki skola ma startx immur, il-forma li għandi jien severa ġiet b’diformita u hip replacements”

Wara li kienet ilha snin miżżewġa lil Tommy, Lorraine tgħid li nqabdet tqila u kellha lil Thomas, li twieled bil-kundizzjoni down syndrome.

Lorraine Pellicano qalet “bżajt ħafna li ma nkunx kapaċi, iva hemm ir-raġel jgħin imma dejjem tibqa’ li l-affarijiet indum iktar biex nagħmilhom”.

Imtaqla bl-isfidi ta’ omm b’diżabilità,u tifel ta’ sitt snin bil-kundizzjoni downs, il-familja Pellicano sabet raġġ ta’ dawl fid-dar tal-Providenza. Lorraine ilha taħdem fid-dar tal-Providenza diversi snin u wara li kellha lil Thomas bdiet tuża s-servizzi li toffri din id-dar, fosthom il-pixxina terapewtika.

Lorraine Pellicano qalet “bdejt nġibu l-hyrdotherapy pool bħala terapija jgħinu ħafna u biex jitgħallem jgħum”.

Nhar il-Ġimgħa f’Xarabank se jinġabru flus għad-Dar tal-Providenza, biex familji bħal ta’ Lorraine u Thomas, u tant persuni oħra b’diżabilità jibqgħu jsibu spalla soda fuq min jistgħu jistrieħu.

Lorraine Pellicano qalet “agħtu għax hemm ħafna bżonn, spejjeż matul is-sena, ħafna tagħmel ġid, agħtu kemm tistgħu”.

Aħbarijiet Oħra
Budget

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern xtara Villa G’Mangia fejn kienet tgħix ir-Reġina biex fiha isir proġett turistiku. Waqt li wieġeb għall-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni għall-baġit, Dr Muscat żvela li…

Immigrazzjoni

Il-President Emeritu, Marie Louise Coleiro Preca, qalet li s-soċjetà Maltija għandha tagħmel dak kollu possibbli biex toħnoq id-diskors ta’ mibegħda. Hija kienet qed titkellem fid-dawl ta’ rapport minn The Times…

Sport

Matul it-tliet ijiem li ġejjin, l-atleti u l-uffiċjali ta’ Special Olympics Malta se jingħataw taħriġ minn ex Champion Olimpika Amerikana tal-għawm, Donna de Varona u tliet mibgħuta speċjali tal-isport mill-Istati…

Parlament

Illejla fil-Parlament qed isir id-diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat b’reazzjoni għall-baġit. Dan wara li lbieraħ sar id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia. Id-diskors tal-lum qed jixxandar dirett fuq l-istazzjon TVM u fuq…

Aktar