Barranin
L-immigranti abbord id-dgħajsa Alex jitniżżlu l-art f’Lampedusa

L-41 immigrant li kienu fuq id-dgħasja Alex tal-Għaqda Mhux Governattiva li qed issalva l-immigranti tniżżlu l-art f’Lampedusa, ġurnata wara li l-kaptan injora l-ordni tal-Gvern Taljan u daħal jitrakka fil-port.

L-immigranti flimkien mal-ekwipaġġ ilhom il-lejl kollu fuq id-dgħajsa mgħassa mill-Pulizija. L-immigranti tħallew jinżlu l-art minkejja li l-Ministru tal-Intern Taljan Matteo Salvini qal li mhux ser jagħti permess li l-immigranti jidhlu Lampedusa. Huwa qal li mhux ser jiftaħ il-portijiet Taljani anke wara li l-Gvern Ġermaniż talbu jagħmel dan.

L-Għaqda Mhux Governattiva qalet li din hija sitwazzjoni ta’ krudiltà għax kien hemm riskju għal saħħet l-immmigranti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Inqatgħu l-linji tat-telekomunikazzjoni kif ukoll l-elettriku fil-belt kapitali tal-Greċja hekk kif ftit tal-ħin ilu nħass terremot qawwi fiż-żona. Bosta persuni ħarġu jiġru fit-toroq bħala prekawżjoni. It-terremot immarka 5.3 fuq l-iskala…

Kurżitajiet

Filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali qajjem furur fost dawk li ta’ spiss jivvjaġġaw bl-ajruplan. Fil-filmat jidher raġel li ma ddejjaq xejn jinża ż-żarbun biex juża’ saqajh u jinnaviga fuq touchscreen…

Barranin

Raġel ta’ 60 sena baqa’ skantat hekk kif induna li fuq pakkett tas-sigaretti tefgħu ritratt ta’ siequ maqtugħa bħala twissija kontra t-tipjip u l-perikli li jġib miegħu. Ir-raġel, li jgħix…

Teknoloġija

Huma bosta dawk li fuq il-Facebook qed itellgħu r-ritratt tagħhom ta’ kif se jkunu qed jidhru fil-ġejjieni. Iżda kemm hu għaqli li tagħmel dan? Xi tkun qed tagħmel eżatt meta…

Aktar