Immigrazzjoni
L-immigranti abbord l-Open Arms għadhom f’limbu

121 immigrant abbord l-Open Arms ilhom ġimgħa bejn sema u ilma ma jafux x’se jseħħ minnhom.

Il-President tal-Parlament Ewropew David Maria Sassoli qal li jeħtieġ assistenza u tqassim ġust tal-immigranti abbord il-bastiment ta’ salvataġġ Open Arms. F’ittra lill-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, David Maria Sassoli qal li kif ġara mindu ttieħdet id-deċiżjoni li tiġi injorata s-sejħa tal-Parlament Ewropew għal reviżjoni tar-Regolamenti ta’ Dublin, id-destin tal-immigranti salvati qed jiġi sfruttat għal skopijiet politiċi mill-gvernijiet Ewropej.

Skont rapporti fil-media, fost l-immigranti abbord l-Open Arms hemm 31 persuna taħt l-età, fosthom tewmin Etjopjani ta’ disa’ xhur u nisa li għandhom marki ta’ vjolenza u trattament ħażin.

Il-President tal-Parlament Ewropew saħaq li jekk l-Ewropa ma tistax tipproteġġi lil dawn il-persuni li qed ifittxu ħajja aħjar, ifisser li tkun tilfet ruħha.

Sadanittant, l-għaqda mhux governattiva Open Arms talbet lill-gvernijiet ta’ Spanja, tal-Ġermanja u ta’ Franza għal żblokk tas-sitwazzjoni. Qalet li l-ebda pajjiż m’għamel l-ewwel pass, lanqas l-Italja u Malta li jinsabu l-aktar viċin tal-bastiment.

Il-media Taljana qed tirrapporta li Open Arms sfidat lid-Deputat Prim Minstru u Ministru tal-Intern Matteo Salvini u iddikajrat li jekk is-sitwazzjoni tal-immigranti abbord tmur għall-agħar il-bastiment se jidħol fl-ibħra Taljani.

F’każ ieħor, il-gwardja tal-kosta Spanjola interċettat 161 immigrant fuq erba’ dinghies. Qalet li qed tfittex għall-ħames dinghy, waqt li l-immigranti ttellgħu abbord bastimenti tal-gwardja tal-kosta u ttieħdu f’portijiet fir-reġjun ta’ Andalusia.

Fl-aħħar sigħat dingy bl-immigranti daħlet fil-kosta ta’ Cadiz fi Spanja. Filmat fuq il-media soċjali juri lill-immigranti qed joqorbu lejn il-bajja El Palmar waqt li kien hemm għadd ta’ għawwiema u t-turisti.

Ara wkoll:

121 immigrant ilhom ħamest ijiem bejn sema u ilma fil-Mediterran

Aħbarijiet Oħra

L-MUT fi stqarrija qalet li kull deċiżjoni li ttieħdet min-naħa tal-union saret għas-saħħa u s-sigurta tal-istudenti, l-edukaturi u l-familji. F’reazzjoni għall-aħbar li tressaq protest ġudizzjarju kontra l-MUT u l-UPE fid-dawl…

L-edukaturi daħlu lura f’107 skola statali madwar il-pajjiż biex tingħata bidu għas-sena skolastika 2020/21, wara li fil-ġimgħat li għaddew ġew implimentati aktar minn 50 miżura u wkoll wara li sar…

Mil-lum, kull min iġedded jew japplika għall-Karta tal-Identità Maltija se tinħariġlu waħda ġdida li hija teknoloġikament avvanzata li tinkludi fiha numru ta’ security features ġodda, immirati biex iħarsu aħjar l-identità…

“Is-suċċess li tkun implimentata strateġija għall-Korp tal-Pulizija ta’ Malta huwa ppruvat mill-fatt li l-Korp diġà beda jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Din hija wkoll xhieda ta’ kemm il-proċess għat-trasformazzjoni tal-istrateġija tal-Korp huwa…

Aktar