Immigrazzjoni
“L-immigranti għandhom jingħataw dritt għall-vot” – l-akkademiku Colin Calleja

Il-Fundatur tal-Għaqda Solidarjetà mal-Immigranti, Colin Calleja, wera l-fehma li l-immigranti għandhom jingħaw id-dritt tal-vot fl-elezzjonijiet lokali.

”Naqbel l-għaliex huma qed jgħixu l-istess sitwazzjoni li qed ngħixu aħna.”

Mill-banda l-oħra, l-opinjonista Dr Frank Portelli jaħsibha xorta oħra.

”Biex ikollok id-dritt tal-vot u tiddeċiedi l-futur tal-pajjiż, inti trid tgħix Malta u tiggwadanja ċ-ċittadinanza ta’ Malta.”

Is-suġġett tal-immigrazzjoni illegali se jkun ittrattat iktar fid-dettall fil-programm INSIGHTS li jixxandar illejla fl-10.30pm fuq Television Malta.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Sas-sajf li ġej mistennija jkunu lesti għall-użu taċ-ċiklisti u l-pubbliku, żewġ pontijiet pedonali li qed isiru bħalissa għal żewġ toroq ewlenin fi Blata l-Bajda u qrib l-ajruport f’Ħal Luqa.Il-pontijiet qed…

Saħħa

Saċerdot li kien jgħallem l-Università jħoss li l-ġerħa tas-solitudni, hi fonda tant, li qed tinħass ukoll fost iż-żgħażagħ. F’kummenti lil Television Malta, Dun René Camilleri stqarr li f’ċerti każijiet, din…

Lokali

L-istudenti tal-primarja u l-ġenituri tagħhom għandhom ċans isiru jafu iktar dwar l-opportunitajiet ta’ xogħol li joffru l-industriji tax-xjenza u t-teknoloġija permezz ta’ expo li qed tiġi organizzata fl-Esplora fil-Kalkara. Fiċ-Ċentru…

Politika

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar kif se jinħatar il-Kummissarju l-ġdid tal-Pulizija, b’metodu li fi kliemu hu aktar trasparenti mis-sistema ta’ bħalissa fejn il-ħatra ssir direttament mill-Prim Ministru. Dr Abela qal…

Aktar