L-immigranti jwaqqfu NGO biex iġibu aktar drittijiet

Afrikani li jgħixu f’Malta waqqfu għaqda mhux governattiva għall-Afrikani kollha f’Malta – Migrants Association in Malta.

Din l-għaqda hija mmexxija minn Bushra Fuad mis-Sudan.

Fi stqarrija ntqal li waqt laqgħa li jkollhom ta’ spiss il-Ħadd, diversi membri tkellmu dwar il-bżonnijiet tagħhom.

Filwaqt li esprimew il-gratitudni tagħhom għall-Malta li tagħthom il-possibilità “għat-tieni ċans fil-ħajja”, huma qalu li wara ħafna snin fil-pajjiż iħossu l-ħtieġa li jsemmgħu leħinhom u jippruvaw isibu s-soluzzjonijiet.

Intqal li ħafna ma jikkwalifikawx għal status ta’ refuġjati jew protezzjoni sussidjarja iżda jistgħu jibqgħu f’Malta bi status ta’ protezzjoni umanitarja bi ftit drittijiet.

Immigranti mis-Sudan, il-Ghana, il-Gambia, it-Togo, in-Niġerja u n-Niger qalu li ħafna minnhom diġa’ integraw fis-soċjetà ċivili Maltija iżda jħossu li għandhom inqas drittijiet minn immigranti f’pajjiżi oħra.

“Aħna naħdmu bil-permess tax-xogħol, inħallsu t-taxxa u s-sigurtà soċjali iżda meta ma jkollnix xogħol ma nirċevux benefiċċji soċjali,” qalu l-immigranti.

Ilmentaw ukoll li ma jieħdux għajnuna finanzjarja jekk xi ħadd jitlef idejh jew imut f’xi inċident industrijali.

Qalu li jridu lin-nies f’Malta u fl-Ewropa jkunu jafu x’inhi s-sitwazzjoni u kif uħud mill-immigranti ilhom f’Malta s-snin mingħajr drittijiet, passaport, benefiċċji, għajnuna medika u lanqas assigurazzjoni.

Saħqu li wara ħames snin jgħixu f’Malta għandhom ikollhom ċittadinanza, iżda dan ma jsirx.

Qalu li jridu jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku ta’ Malta u li l-għan ta’ din l-għaqda huwa biex flimkien mal-Gvern jiddiskutu biex itejbu s-sitwazzjoni.

Temmew jgħidu li l-immigranti kollha huma mħeġġa jissieħbu f’din l-għaqda u li bħalissa l-membri tagħha qed iffitxu post għall-kwiet fejn jiltaqgħu darba fil-ġimgħa għax bħalissa dan qed jagħmluh f’ħanut tax-xorb fejn ikun hemm ħafna storbju.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Minn Ingliż għal ieħor. Matul l-ewwel Live Show ta’ ‘X Factor Malta’ tal-Ħadd li għadda, Kyle rnexxielu jisraq il-qlub tal-udjenza b’waħda mis-soundtracks ta’ James Bond, il-kanzunetta “Writing’s on the Wall”…

Lokali

Jekk inti wieħed jew waħda fost l-għadd ta’ nostalġiċi tal-film popolarissimu ‘Dirty Dancing’, kif ukoll tal-attur mibki Patrick Swayze, il-prestazzjoni li għadhom kemm taw Yazmin & James aktarx li tmisslek…

Lokali

Għat-tieni Live Show ta’ ‘X Factor Malta’, għadd ta’ kantanti fost l-għaxra li għamluha għal-lejla, ħejjew singles nostalġiċi, b’mod speċjali mit-tmeninijiet. Fosthom, id-duo Bloodline, illi għadu kemm interpreta b’sinerġija emozjonanti għall-aħħar…

Lokali

Il-kantanta Awstraljana Toni Watson, bl-istage name ta’ Tones and I, aktarx bla ma trid, irnexxielha toħloq il-hit tal-mument, il-kanzunetta “Dance Monkey”. Saħansitra, ftit tal-ġimgħat ilu, żifen għad-daqqa tagħha passiġġier mir-Renju…

Aktar