Enerġija
L-Impjant tar-Reverse Osmosis f’Pembroke se jintefa għal xi ħin minħabba xogħolijiet

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma informat lill-pubbliku li nhar l-Erbgħa, 4 ta’ Marzu se jintefa l-impjant tar-Reverse Osmosis ta’ Pembroke għal madwar tmien siegħat, minħabba qtugħ fil-provvista tad-dawl.

Il-korporazzjoni qed tieħu l-miżuri neċessarji biex ma jkun hemm ebda inkonvenjent għall-pubbliku. Il-provvista tal-ilma mhux se tkun affettwata, iżda tista’ tiġi nnutata pressa baxxa fl-inħawi ta’ San Ġwann.

Il-Korporazzjoni se tkun qed tinforma lill-pubbliku f’każ ta’ kumplikazzjonijiet.