Xogħol
L-impjiegi full-time żdiedu b’5.4%

L-aħħar ċifri dwar l-impjiegi juru li sa Lulju li għadda, il-ħaddiema fis-suq tax-xogħol kienu jgħoddu ftit aktar minn 221,000 ruħ.

Ċifri ta’ Jobsplus maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li fuq medda ta’ sena, l-impjiegi full time żdiedu b’5.4% u f’Lulju li għadda kienu 11,185 aktar minn Lulju tas-sena l-oħra.

Jirriżulta li f’Lulju li għadda ma’ Jobsplus kien hemm ftit aktar minn 219,000 persuna li kellhom impjieg full-time.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li l-impjiegi fis-settur privat żdiedu b’10,484 filwaqt li l-impjiegi fis-settur pubbliku żdiedu b’700.

Ix-xejra taż-żieda fil-impjiegi kienet ukoll fil-qasam ta’ xogħol part-time. Miċ-ċifri joħroġ li f’Lulju li għadda kien hemm ftit aktar minn 38,000 persuna li kienu reġistrati ma’ Jobsplus li kellhom impjieg part-time biss. Kien hemm ukoll ftit aktar minn tlettin elf u mitejn ruħ li barra l-impjieg full time, kellhom ukoll xogħol part-time.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

L-ewwel parti tal-proġett tas-Central Link li se tkun lesta hi dik minn quddiem il-ħruġ, faċċata tal-Palazz ta’ Sant’Anton sa Wied Inċita f’Ħ’Attard. Il-Ministru Ian Borg qal li din il-parti mistennija…

Ekonomija u Finanzi

Diversi kumpaniji lokali li għandhom l-ishma u l-bonds tagħhom ikkwotati fil-borża fl-aħħar jiem infurmaw lis-suq bil-pożizzjoni tagħhom, anke biex iserrħu moħħ l-investituri dwar l-investiment tagħhom. Il-borża ta’ Malta, bħas-swieq finanzjarji…

Kronaka

Filmat li kiseb TVM juri parti mill-vjaġġ tat-trakk li llum għamel ħerba fil-Mellieħa wara li laqat minn tal-anqas ħames vetturi oħra. It-trakk, misjuq minn raġel ta’ 29 sena, jidher isuq…

COVID-19

Minn din il-ġimgħa, l-iskype beda jintuża fil-ħabs biex priġunieri jagħmlu kuntatt limitat u b’ħarsien tar-regolamenti mal-familjari. Il-miżura tikkumpensa d-deċiżjoni li minħabba l-imxija tal-coronavirus, il-qraba ma jistgħux iżuru lill-priġunieri. Fil-ħabs qed…

Aktar