Festi
L-Imqabba, ix-Xagħra, il-Port il-Kbir u l-Furjana fit-18-il edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar

Mill-festa ta’ San Girgor sal-festa ta’ San Publiju, 4 spettakli b’xejn ta’ logħob tan-nar . . . kemm tal-ajru kif ukoll tal-art.

Jgħaddi l-Għid u fuq l-għatba ta’ staġun ieħor tal-festi, it-tmintax-il edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar li se jsir f’erba’ bnadi: l-Imqabba, ix-Xagħra, fil-Port il-Kbir u fil-Furjana, bejn nhar l-Erbgħa li ġej u s-Sibt 4 ta’ Mejju.

L-uffiċjal responsabbli mill-attivitajiet fi ħdan l-Awtorità tat-Turiżmu, Lionel Gerada, qal li l-festival din is-sena mhux se jkun jikkonsisti fi spettaklu ta’ nar biss, iżda tiżwieqa ta’ mużika se tkun qed takkumpanja l-iljieli mdawwla.

”Kollox jibda nhar l-Erbgħa 24 t’April hawn fl-Imqabba. Sa jkun hawn show minn 8 kmamar tan-nar lokali. Kollox jibda għal ħabta ta’ 8:15 u jibqa’ sejjer sal-ħdax. Apparti dawk għandna żewġ kompetituri li se jikkompetu, Vacaluzzo mill-Italja u l-għaqda tan-nar miż-Żejtun. Apparti dawk kunċert sabiħ minn The Travellers.

Fil-gżira Għawdxija s-Sibt 27 t’April għandna 6 kmamar tan-nar lokali u 2 kompetituri oħra fix-Xagħra Għawdex. Wieħed platinum minn Manila li għandu Guiness World record f’idejh bħalissa u Pyrcon mill-Estonia li rebħu diversi awards.

Is-Sur Gerada qal li l-qofol tal-ispettaklu fl-ajru se jintlaħaq lejlet l-ewwel ta’ Mejju fil-Port il-Kbir, bis-sehem ta’ kmamar tan-nar lokali u barranin.

”Se jkollna show li nħadem apposta għal Malta anke il-mużika li nħadmet minn Elton Zarb fejn se jkun hemm kantanti sinkronizzati man-nar u l-mużika live mill-versatile brass. Show sabiħ immens li jistgħu jsegwuh fuq TVM2.”

Fil-kalendarju tal-festival din is-sena se jiżdied l-ispettaklu ta’ logħob tan-nar tal-art mekkaniżżat fuq il-Fosos tal-Floriana bis-sehem ta’ tmien kamar tan-nar lokali li se jesebixxu 16-il reddiena. Dan se jsir fl-4 ta’ Mejju, lejlet il-festa ta’ San Publiju. Is-Sindku tal-Floriana, Davinia Sammut Hili, qalet li għall-ewwel darba, dan il-festival se jiġi fi tmiemu b’tapit tan-nar.

Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li n-nar hu parti mill-kultura Maltija u t-tradizzjonijiet lokali jgħinnu biex joħolqu valur miżjud lit-turisti. Iċ-Chairman tal-Awtorità tat-Turiżmu, Gavin Gulia, qal li l-festival hu vetrina biex Malta tiġġenera aktar turiżmu, kemm għad-dilettanti tal-piroteknika li jiġu Malta apposta biex isegwu l-ispettaklu kif ukoll biex ikun hawn firxa akbar ta’ attivitajiet għal dawk li jkunu fuq btala f’Malta.

In-nar li nħaraq illum fl-Imqabba fl-okkażjoni tat-tne:dija tal-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar:

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-għada li l-Awtorità tal-Ippjanar wettqet azzjoni ta’ infurzar fuq fl-istallel fil-Marsa fejn kienu qed joqogħdu għexieren ta’ immigranti, is-sidien tagħhom jidher li żbarazzaw l-istallel. Sadanittant, TVM huwa infurmat li 37…

Lokali

Il-Mużew tal-Katidral fl-Imdina ngħata dimensjoni ġdida għax mhux ser jibqa’ biss post fejn ikunu esebiti artifatti prezzjużi iżda ser joffri opportunità ta’ tagħlim u post fejn artisti privati jesebixxu l-arti…

Ikel

Fl-Awstralja, l-ekoloġisti qed iwissu li n-numru ta’ kangaroos fis-selvaġġ m’għadux sostenibbli u qed iħeġġu lill-Awstraljani biex jieklu aktar laħam ta’ dan l-annimal li hu simbolu nazzjonali ta’ dan il-pajjiż imbiegħed….

Kultura

Għaddej b’ritmu mgħaġġel ix-xogħol ta’ restawr fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt fejn qed isir restawr fuq is-soqfa tal-kurituri u li huma mogħnija bil-pitturi. Ix-xogħlijiet ta’ restawr ser jiffukaw ukoll fuq l-art…

Aktar