Barranin
L-imwiet bil-Covid-19 fid-dinja jaqbżu t-tliet miljun ruħ

Skont Johns Hopkins University, l-imwiet bil-Covid-19 fid-dinja qabżu t-tliet miljun ruħ.

Dan it-tragward seħħ l-għada li l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, id-WHO, wissiet lid-dinja li qed toqrob lejn l-ogħla rata ta’ infezzjonijiet mill-bidu tal-pandemija.

Il-Kap tad-WHO, wissa li l-każijiet u l-imwiet qed ikompli jiżdiedu b’rati allarmanti.

Qal li globalment l-ammont ta’ każijiet ġodda kull ġimgħa kważi rdoppja fl-aħħar xahrejn.