Barranin
L-imwiet fl-Italja jiżbqu liċ-Ċina – illum telgħu għal 3,405

L-imxija tal-Coronavirus kompliet titfa’ lill-Italja għarkupptejha.  Fl-aħħar ħin, l-Italja kkonfermat li 427 persuna oħra mietu bil-Covid-19. B’hekk, s’issa mietu 3,405 persuni fl-Italja. Dan l-ammont jiżboq l-imwiet li seħħew fiċ-Ċina. L-Italja estendiet il-perjodu tal-kwarantina obbligatorja mal-pajjiż kollu. Franza tista’ timxi fuq il-passi tal-Italja biex tikkontrolla l-firxa tal-virus.

Ir-Russja kkonfermat l-ewwel mewt bil-Coronavirus. Il-vittma, anzjana ta’ 79 sena, kellha z-zokkor u kienet tbati mill-mard tal-qalb. S’issa, ir-Russja identifikat 147 każ ta’ persuni bil-Coronavirus. Fil-Belġju mietu 7 persuni oħrajn filwaqt li fid-Danimarka telgħu għal sitta l-persuni mejta. Fi Spanja, 80 persuna mietu bil-Covid-19 fid-djar residenzjali. Fl-Afrika, l-ammont ta’ persuni infettati tela’ għal 640.

Fir-Renju Unit, ir-rati tal-interess niżlu għal 0.1%. Dawn huma l-inqas rati ta’ interess fi 325 sena mindu twaqqaf il-Bank of England. Din il-mossa hi maħsuba biex tgħin lill-ekonomija tal-pajjiż fil-ġlieda kontra l-pandemija.

Il-President Amerikan, Donald Trump, wiegħed li l-Istati Uniti se tirbaħ il-gwerra kontra l-Coronavirus. Fl-Istati Uniti hemm iktar minn 9,300 persuna bil-Covid-19 u s’issa, tilfu ħajjithom 150 persuna.

Fuq ix-xaqliba l-oħra tad-dinja, il-Korea ta’ Isfel, iċ-Ċina u Singapore huma fost il-pajjiżi Asjatiċi li qed jiffaċċjaw it-tieni mewġa ta’ Coronavirus. Il-virus qed jiddaħħal minn persuni li ġejjin minn barra l-pajjiż.

Mill-banda l-oħra, iċ-Ċina minn fejn feġġ il-virus, ma rrapportat l-ebda każ ġdid ta’ Coronavirus fil-pajjiż. Iċ-Ċina iżda rreġistrat 34 każ ġdid f’persuni li dan l-aħħar irritornaw lejn il-pajjiż. Singapore rreġistra 47 każ ġdid, bil-maġġoranza tagħhom kienu impurtati. L-Awstralja u New Zealand ħabbru li se jagħlqu l-fruntieri f’attentat biex irażżnu l-imxija tal-virus.

L-aħħar ċifri juru li fid-dinja hawn iktar minn 220,000 persuna infettati bil-virus. S’issa, iktar minn 9,000 persuna tilfu ħajjithom bil-Covid-19.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Ħames persuni nqabdu jiksru l-kwaraninta obbligatorja u ġew immultati tliet elef ewro kull wieħed. B’kollox saru 421 spezzjoni fl-aħħar 24 siegħa. Minn mindu bdew l-ispezzjonijiet, 40 persuna nqabdu jiksru l-kwarantina…

COVID-19

Intervistat fuq l-aħbarijiet ta’ Television Malta l-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, qal li l-Prim Ministru Robert Abela għal xi raġuni qiegħed jgħid li dan mhuwiex lockdown, meta fi kliemu, id-Deputat Prim…

COVID-19

Fi żmien ta’ ansjetà residenti ta’ triq fil-Fgura ħarġu bl-idea li jorganizzaw ċelebrazzjoni mużikali mill-gallariji biex iferrħu lil xulxin. U waqt li l-festi din is-sena mhux ser isiru, il-bandisti ta’…

COVID-19

Analiżi xjentifika mill-istatistiku Dr Vincent Marmara tal-każi tal-coronavirus fil-kuntest tal-miżuri meħuda mill-awtoriajiet tas-saħħa Maltin, tagħti stampa inkoraġġanti għax ir-rata ta’ infezzjonijiet minn persuna għall-oħra tbaxxiet. Iżda, Dr Marmara wissa’ li…

Aktar