Lokali
‘L-inċidenti mhux dejjem tort tagħna’ – sewwieqa tal-muturi

Grupp mdaqqas ta’ sewwieqa ta’ muturi li kull nhar ta’ ħadd jiltaqgħu biex igawdu d-delizzju tagħhom esprimew ix-xewqa li f’Malta tinbena trakka biex ikunu jistgħu jsuqu l-mutur mingħajr periklu. Qalu li kuntrarjament għall-impressjonijiet ta’ uħud, huma mhux dejjem jaħtu għall-inċidenti li jkun hawn fit-toroq.

F’temp ideali bħal tal-lum, is-sewwieqa tal-muturi jieħdu l-okkażjoni biex imorru dawra bil-mutur u jiltaqgħu ma’ sewwieqa oħrajn li jħaddnu dan id-delizzju. L-iktar postijiet li mfittxija minnhom jinsabu fit-tramuntana ta’ Malta, fosthom, Baħar iċ-Ċagħaq, ix-Xemxija, iċ-Ċirkewwa u l-Armier. Huwa evidenti li l-muturi m’humiex biss passatemp.

Jixtiequ li fil-gżejjer Maltin jkun hawn trakka fejn jistgħu isuqu l-muturi.

“Ma tantx għandna fejn nistgħu ingawdu l-muturi. BBarra minn Malta hemm trakki tal-muturi u l-Maltin jitilgħu Sqallija biex igawdu l-muturi ġo trakka.”

“Kif qed isiru żviluppi f’affarijiet oħra hawn Malta tista’ ssir trakka”.

Irrimarkaw li m’humiex jitħallew jipprattikaw id-delizzju tagħħom tal-offroading għax mal-ħażin jeħel it-tajjeb. “Jien m’iniex qed ngħid li m’għandux ikun hawn postijiet off limits imma li kullimkien offlimits ma naħsibx li hi sewwa li mutur isuq minn fuq il-blat u jgħaddi minn passaġġ u ngħidu li qed jagħmel ħsara bit-tyre.”

Il-kultura tal-muturi qed tissaħħaħ ukoll fost in-nisa. “Il-boyfriend tiegħi isuq il-mutur so dejjem kont f’ambjent tal-muturi u meta kont żgħira minn dejjem xtaqt li kellli rota u qatt ma kelli so l-attrazzjoni kienet ilha ġejja hemmhekk.”

Bosta sewwieqa tal-muturi esprimew id-diżappunt li kull meta jseħħ inċident b’mutur ħafna drabi huma jispiċċaw jibilgħu t-tort.

“Issib affarijiet fit-toroq jew ħofor jew ħabba xita, brake pads u saqqu”.

“Trid tkun hundred percent inti biex issuq il-mutur irid ikollok reflections tajbin ħafna mhux bħal meta tkun f’karozza.”

Is-sewwieqa tal-muturi huma konxji li hawn impressjoni ħażin tagħhom minħabba d-dehra u l-kultura, iżda sostnew li dan id-delizzju jbiegħedhom minn viżżji bħal xorb u drogi. Qalu li jippreferu jonfqu l-flus fuq il-mutur tagħhom, li ħafna drabi jkun il-mimmi t’għajnejhom.