Lokali
L-inċineratur għall-Magħtab ukoll?

Il-Ministru tal-Ambjent, José Herrera, ħabbar fil-programm Dissett li qed titfassal liġi biex ikun obbligatorju li l-pubbliku jissepara l-iskart. Huwa ammetta li l-pajjiż jista’ jeħel multi jekk jibqa’ ma jilħaqx il-miri tar-riċiklaġġ tal-iskart. Dr Herrera qal li l-Gvern mhux ser idaħħal tariffi għal ġbir tal-iskart iżda ser iħarrax il-pieni u jżid l-infurzar. Huwa ħabbar ukoll li fil-jiem li ġejjin ser jippubblika r-rapport dwar l-impjant ġdid li jrid jinbena biex Malta jkollha inċineratur li qal li jrid isir fejn il-baħar.

Is-separazzjoni tal-iskart mistenni jsir obbligatorju hekk kif il-Gvern qiegħed jaħdem fuq liġi ġdida magħrufa bħala is-‘Circle economy act’. Ħabbar dan il-Ministru għal-Ambjent, José Herrera.

Il-Ministru għall-Ambjent José Herrera qal ”fil-ġimgħat li ġejjin inkun f’pożizzjoni li ntella’ dan id-dokument quddiem il-kabinett biex għall-ewwel darba fil-pajjiż l-aspett li nirriċiklaw u nisseparaw il-waste at source jsir obligatorju.

Waqt li l-Gvern mhux ser idaħħal tariffi għal ġbir tal-iskart, il-Minisitru Herrera qal li ser iwaqqaf direttorat li jinforza l-liġijiet u ser iħarrax il-multi fosthom għar-rimi illegali tal-iskart.

Ser isiru pieni ħorox li ser jammontaw għal eluf ta’ liri, il-Maġistratura ser ikollha l-poteri twaħħal penali kuljum, ser ikollhom il-pieni li jissekwestraw il-makkinarju użat, ser ikun hemm pieni adegwati ħafna.

Il-Ministru Herrera qal li sa Settembru, il-ġbir tal-iskart organiku se jinfirex għall-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex. Dwar il-proġett tal-inċineratur, qal li r-rapport li sar minn grupp ta’ tekniċi li jinkludu għaqdiet ambjentali ser ikun pubblikat dalwaqt. Dr Herrera qal li l-esperti qablu mal-pariri li ngħataw lill-Gvern dwar il-ħtieġa ta’ dan l-impjant li stmat li jiswa 120 miljun ewro biex jaħraq 40% tal-iskart li jiġi ġenerat. Dwar fejn ser isir l-impjant, il-Ministru ma ikkomettiex ruħu iżda indika li jrid ikun viċin il-baħar.

”Jien ser nibgħat ir-rikomandazzjoni li għandi lejn l-ERA u lill-Planning, dawn jagħmlu l-evaluations tagħhom, jaraw l-impatti u ssir fejn ikun l-inqas impatt ambjentali, trid issir viċin il-kosta, għax trid sistema ta’ cooling, u jekk ma tkunx viċin il-kosta tiġik expensive” qal il-Ministru.

Mistoqsi jekk hux lejn il-Maghtab, il-Ministru wieġeb hekk ”mhux qed ngħid il-Magħtab, le, irrid ngħid li din it-teknoloġija għandha sistema ta’ capping tal-fumes jiġifieri inti biha din ser tnaqqas l-emissjonijiet fl-ambjent mhux iżżidhom.”

Fost temi oħra dwar l-immaniġġjar tal-iskart, ħareġ li l-Wasteserv ser ikollha toħroġ sejħa biex tesporta t-tunnellati ta’ skart elettroniku li hemm fiċ-ċentri tal-iskart goff wara li ż-żewġ kumpaniji li suppost jirkupraw dan l-iskart naqsu li jagħmlu dan. Intqal li għaddejjin diskussjonijiet dwar id-diffikultajiet li hemm bejn il-Wasteserv u ż-żewġ kumpaniji, bil-Ministru Herrera jammetti li mhux kuntent bil-mod kif qed jaħdmu l-iskemi.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

B’digriet ta’ Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna, il-Knisja Parrokkjali Matriċi ta’ Stella Maris ġiet mgħollija għad-dinijtà ta’ Knisja Arċipretali. Hekk, il-kappillan tal-Parroċċa, fil-preżent Mons. Anton Portelli, jkollu wkoll it-titlu ta’…

Lokali

Xena mill-isbaħ tal-bajja ta’ Mġarr ix-Xini kif probabbli qatt ma rajtha. Dan ir-ritratt, li ttieħed mill-astronomu Joseph Caruana, jagħtina ħjiel tal-ġmiel naturali li kienu jgawdu missirijietna, u li llum sfortunatament…

Lokali

Fl-1 ta’ Lulju, fil-pjazza ewlenija tal-Qala, l-Għaqda Briju San Ġużepp b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex se jorganizza l-‘Festa Għawdxija’. Dan l-avveniment se jsir proprju meta l-istaġun tal-festi f’pajjiżna jkun fl-aqwa tiegħu….

Lokali

Raġel mgħammad u armat b’sikkina seraq €100 flus kontanti minn ħanut tal-merċa f’Ħal Tarxien. Il-każ seħħ fi Triq Karlu Maratta għall-ħabta tan-nofsiegħa. Ir-raġel talab lill-kaxxiera biex tagħtih il-flus kollha, kif…

Aktar