Barranin
L-Indja b’100,000 każ ġdid ta’ Covid-19 kuljum

L-Indja rreġistrat l-ogħla numru ta’ infezzjonijiet tal-coronavirus f’ġurnata waħda – aktar minn 103,500 każ konfermat.

L-aktar stat sinjur, fejn hemm il-kapitali kummerċjali Mumbai u għadd ta’ industriji, kienu rreġistrati aktar minn 57,000 każ ġdid.

L-Indja huwa t-tieni pajjiż wara l-Istati Uniti li qed ikollu aktar minn 100,000 każ ġdid f’ġurnata waħda.

Dan il-pajjiż huwa l-akbar manifattur tat-tilqim, waqt li laqqam 77 miljun persuna mill-bidu tal-kampanja – dan huwa ferm inqas minn kemm pajjiżi oħra laqqmu ras għal ras.