Barranin
L-Indja se tibda tlaqqam in-nies li għandhom iżjed minn 18-il sena

L-Indja se tibda tlaqqam in-nies li għandhom iżjed minn tmintax-il sena. Dan minkejja li għadd ta’ stati qalu li ma jistgħux jipprovdu l-vaċċini għax m’għandhomx biżżejjed dożi.

Kien hemm 400,000 każ ġdid ta’ Covid fil-pajjiż, l-għola żieda f’ġurnata mill-bidu tal-pandemija u iżjed minn tliet elef imwiet irrappurtati kuljum.

Fil-frattemp, nirien li ħakmu sptar f’Bharuch Gujarat qatlu tnax-il persuna fis-sigħat bekrin tas-Sibt.

Din il-ġimgħa kien hemm diversi drabi meta nirien infirxu fi sptarijiet Indjani hekk kif jinsabu miżgħuda iżjed milli jifilħu minħabba l-firxa tal-Covid-19.