COVID-19
L-Indja tkompli tirċievi minn barra tankijiet bl-ossiġnu

Tankijiet mimlijin ossiġnu komplew jaslu fl-Indja minn diversi pajjiżi madwar id-dinja biex jgħinu lill-pajjiża jiffaċċja l-Covid-19.

Fost dawk li diġà bagħtu l-ossiġnu u l-ventilaturi hemm l-Istati Uniti, il-Ġermanja, Franza, il-Belġju, il-Bahrain u l-Uzbekistan.

Ir-Russja bagħtet lill-Indja madwar 250,000 doża tal-vaċċin Sputnik hekk kif il-pajjiż beda jlaqqam lil dawk li għandhom 18-il sena jew aktar.

Fl-aħħar 24 siegħa feġġew 392,488 każ ġdid li tellgħu t-total ta’ persuni infettati għal 19.5 miljun minn popolazzjoni ta’ 1.4 biljun.

S’issa l-virus ħalla 215,542 vittma bl-isptarijiet qed jiffaċċjaw problemi kbar biex ilaħħqu mal-kura.

It-‘task force’ dwar il-virus fil-pajjiż qed tħeġġeġ lill-Gvern jagħmel ‘lockdown’ totali imma s’issa dan sar biss minn ċertu reġjuni.